Din l-għotja għandha l-għan li tappoġġa proġetti ta’ kolloborazzjoni fit-tul li jinvolvu mill-inqas sieħeb internazzjonali wieħed (tingħata prijorità lir-reġjun tal-Mediterran).
Il-programm
L-għotja ta’ Appoġġ Multiannwali hija l-Fergħa 3 tal-Fond Malti għall-Arti. F’din l-ewwel edizzjoni tal-programm multiannwali l-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed jidħol fi sħubija mal-Fondazzjoni Valletta 2018 ħalli jappoġġa l-iżvilupp ta’ proġetti kreattivi bħala parti mill-programm kulturali tal-Valletta 2018. Din il-fergħa tittratta b’mod speċifiku għan importanti ieħor tal-Istrateġija 2020, voldieri l-kollegament ta’ Malta mal-komunità artistika internazzjonali. Barra dan tittrata wkoll il-prijoritajiet tal-programm tal-Valletta 2018.
Min jista’ japplika?
L-Għotja hija miftuħa għal individwi u gruppi/organizzazzjonijiet.
L-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi ma jistgħux japplikaw iżda jistgħu jkunu kolloboraturi.
Il-kriterji tal-għażla
Kriterju 1: Il-kunċett artistiku
Kriterju 2: Ir-rilevanza u l-ingaġġ internazzjonali
Kriterju 3: Il-ġestjoni tal-proġett
Kriterju 4: L-involviment tal-udjenza
Kriterju 5: Il-baġit
Wara l-applikazzjoni
Kull proġett jista’ jingħata sa massimu ta’ EUR 60, 000. L-ammont jista’ jkopri 80% tal-ispejjeż eleġibbli.
Il-fond huwa kompetittiv u ser ikun ivvalutat skont kriterji stabbiliti.
Qabelxejn issir verifika tal-eleġibbiltà tal-proposti. Il-proposti li ma jkunux eleġibbli skont il-proċedura stipulata f’dawn il-linji gwida ma jibqgħux jiġu kkunsidrati u għaldaqstant ma jidħlux fil-fażi tal-valutazzjoni.
Wara li tressaq l-applikazzjoni tiegħek lill-Kunsill Malti għall-Arti ssir valutazzjoni tal-proġett tiegħek minn bord ta’ valutazzjoni indipendenti. Ser tiġi organizzata sessjoni ta’ tagħrif għall-kandidati kollha. Imbagħad tirċievi avviż bir-riżultat mill-Kunsill Malti għall-Arti.
L-iskadenza tal-applikazzjoni għal dan il-fond tagħlaq fis-16 ta’ Settembru 2016 f’nofsinhar.
Tista’ tikseb iżjed tagħrif mis-sit elettroniku www.artscouncilmalta.org.