Found ă mentalism II hija ispirata mill-kliem ta’ Picasso dwar il-famuża Guernica tiegħu; “[…] artist li jgħix u jaħdem b’valuri spiritwali ma jistax jaġixxi b’mod indifferenti meta jiffaċċja kunflitt li fih l-ogħla valuri tal-umanità u taċ-ċivilizzazzjoni jkunu f’riskju”. Permezz ta’ Found ă mentalism II, nixtiequ nisiltu l-ħsieb u l-bidla, u niżguraw li l-arti twassal l-ispirtu tal-kliem ta’ Picasso ’l quddiem; irridu nkunu kollox ħlief indifferenti lejn il-kunflitti u l-isfidi ta’ madwarna. Permezz tal-proġett, nissuġġerixxu perspettiva u possibbiltà għal futur aktar pożittiv.

Found ă mentalism II tfakkar it-tkabbir ta’ soċjetà Ewropea diversa kulturali, politika u ekonomika. Il-kunflitti globali u l-fluss dejjem jiżdied tal-migrazzjoni jipprovdu opportunità biex l-arti taġixxi kontra l-potenzjal għall-vjolenza, u biex tħaddan id-diversità kulturali u t-tolleranza. Found ă mentalism II tipproponi vjaġġ f’kultura Ewropea li hija komuni u diversa fl-istess waqt. Nistaqsu jekk l-arti tistax taġixxi bħala appoġġ reċiproku bejn dawn il-kulturi diversi, u jekk tistax tipprovdi rimedju għall-kriżijiet attwali tas-soċjetà.

Artisti parteċipanti: Anka Leśniak, Annalise Bully, Antka Hofmann, Arne Kalkbrenner, Carolin Koss, Dani Nordt, Daniel Kiczales, Dmytro Petryna, Ekkhard Tischendorf, Else Gold, Faig Ahmed, Feng Lu, Frenzy Höhne, Gery De Smet, Henri Deparade, Institut für analytische Kryptometrie, Karen Gäbler, Katerina Belkina, Katrin König, Kay Kaul, Małgorzata Myślińska, Marcin Owczarek, Marcus Shahar, Martin Müller, Martyna Jastrzebska, Mavi Garcia, Melanie Kramer, Nathalie Bertrams. Nevet Yitzhak, Otto Berndt, Steffen, Paolo Assenza, Peter Makolies, Philipp Gloger, Ran Slavin, Rose Stach, Stefan Plenkers, Stephanie Marx, Till Ansgar Baumhauer, Tobias Köbsch, Ulrike Mundt, Urban Grünfelder.

Found ă mentalism II hija appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.