FRAGMENTA ġiet imwaqqfa fl-2013 bħala pjattaforma biex tippreżenta l-arti kontemporanja jew attivitajiet oħra fi spazji pubbliċi jew semipubbliċi fuq il-Gżejjer Maltin. Bħala spazju ta’ proġetti mingħajr spazju fiżiku, il-missjoni ta’ FRAGMENTA hija li toffri esperjenzi fil-forma ta’ attivitajiet, li jsiru f’postijiet jew ambjenti differenti madwar Malta, li jdumu massimu ta’ 24 siegħa, u joffru lill-pubbliku u lill-persuni għaddejja opportunità biex jimpenjaw ruħhom mal-arti u ma’ wħud mill-kwistjonijiet rilevanti u kumplessi ta’ żmienna.
L-attività spontanja li jmiss ta’ FRAGMENTA intitolata From Purity to Perversion se tinkludi lil Charlie Cauchi u se ssir fil-Valentine Hall, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun fit-12 ta’ Lulju 2017 bejn is-6-10pm. Tippreżenta konfigurazzjoni kalejdoskopika u assurdista mill-ġdid tal-femminil. Din l-edizzjoni tinseġ flimkien b’mod spirituż stampi arkivjali, filmati mid-dar, oġġetti personali u misjuba, oġġetti memorabbli, tessuti u ħsejjes biex jiġu esplorati l-kunċetti tal-femminilità fil-gżira ta’ Malta. Stennew għażla ta’ ikel u xorb matul is-serata.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-paġna tal-attività ta’ Facebook ta’ FRAGMENTA hawnhekk.