Gaulitanus Choir għandu l-pjaċir iħabbar it-12-il edizzjoni ta’ Gaulitana: A Festival of Music. Mill-1 ta’ April sad-29 ta’ April, 2018, “il-festival klassiku prinċipali ta’ Għawdex” se jinkludi programm varjat ħafna ta’ avvenimenti f’ġeneri u stili differenti.

L-attrazzjoni prinċipali se tkun l-opra Norma ta’ Bellini, fit-Teatru tal-Opra Aurora fit-28 ta’ April. Colin Attard se jidderieġi l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-Gaulitanus Choir. Il-lejla operistika se tkun parti minn OPERA+ Weekend – programm ta’ avvenimenti intensiv li jtemm il-festival.

Il-festival għandu l-appoġġ ta’ Valletta 2018 u tal-Gozo Cultural Support Programme of Arts Council Malta b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex.

 

Ara l-Programm hawn taħt:

Gaulitana Poster events-page-001