Kull nhar ta’ Sibt filgħaxija matul Ottubru, Novembru u l-ewwel ġimgħatejn ta’ Diċembru, bi tnedija fl-aħħar ta’ Settembru, More or Less Theatre se ttella’ żewġ drammi bil-Malti f’postijiet differenti madwar il-Gżejjer Maltin. Kull dramm huwa twil madwar 50 minuta, u se jittellgħu wieħed wara l-ieħor bħala “double bill”. L-ispazji għar-rappreżentazzjonijiet se jinstabu madwar il-komunitajiet differenti, u se jkunu fil-forma ta’ teatri żgħar jew kmamar/swali kbar. Id-dwal, il-ħoss u t-tagħmir tal-projezzjonijiet se jkun ipprovdut minn More or Less Theatre.
Iż-żewġ drammi huma:
Dramm 1 ta’ Simone Ellul jittratta żewġ aħwa bniet mhux miżżewġa li jgħixu waħedhom, u li żżurhom b’sorpriża n-neputija tagħhom li rritornat mill-Iżvezja wara li ż-żwieġ tagħha jkun falla. Hekk kif Susan tipprova turihom kif jużaw tablet, it-tlieta li huma jerġgħu jibnu rabta mill-ġdid ma’ xulxin u kwistjonijiet antiki li għandhom x’jaqsmu mal-familja tagħhom jiġu solvuti
Dramm 2 ta’ Lizzie Eldridge jirrakkonta l-istorja ta’ Josette li tilfet lil binha b’overdose tad-droga, u li tixtieq tħawwel siġra fil-post fejn miet. Iżda l-art qed tiġi żviluppata f’bini ta’ ħafna sulari minn Tony. Tony se jkun kapaċi jara lil hinn mir-regħba tiegħu u juri kumpassjoni, jew ikollha tarrendi għat-talbiet tiegħu Josette?
Minflok id-drammi jidhru f’post wieħed, se jaslu lill-udjenzi permezz ta’ tour ta’ diversi lokalitajiet Maltin matul il-festival.
Dati u postijiet: