Għanafest ikompli jesplora elementi ġodda fil-mużika li ssawret matul is-snin. Dan se jsir permezz ta’ mużika Medjevali Franċiża, mużika ekklettika mill-Estonja u arranġamenti mid-Deżert tas-Saħara, kollha mħallta ma’ mużika kontemporanja.
Din is-sena Għanafest: il-Festival Dinji Malti se jsir bejn l-10 u t-12 ta’ Ġunju fil-Ġnien tal-Argotti tal-Furjana, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Renzo Spiteri u fih se jlaqqa’ kulturi u stili ta’ mużika li mad-daqqa t’għajn ma jidher li m’hemm xejn komuni bejniethom imma fir-realtà huma viċin ta’ xulxin aktar milli wieħed jistenna. F’dan is-sens, anki l-għana u l-folk Malti se jagħmlu parti minn din it-tapezzerija mużikali għax qed ikomplu jitkattru u jitħalltu ma’ mużika iktar esperimentali waqt li tinżmm l-identità unika tagħha.
Għal aktar informazzjoni, żur is-sit tal-Għanafest