Il-proġetti tagħna jwasslu l-kultura wara bieb kulħadd, waqt li jgħaqqdu l-viżjoni tradizzjonali ta’ ħajja Mediterranja arrikkita b’relazzjonijiet mill-qrib mal-familja, mal-ħbieb u mal-ġirien flimkien mal-prattiki kreattivi dejjem jikbru tal-gżira. Żur il-kapitali biex tiskopri t-temi diversi fit-toroq tal-Belt Valletta u l-madwar matul il-Ġimgħa tal-Ftuħ tagħna.
Każinata ġo La Valette – Società Filarmonica Nazionale La Valette
F’diversi jiem matul il-ġimgħa, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette se tgħix il-festa magħna wkoll, b’kunċerti tal-banda tar-ram, esibizzjonijiet fil-post u atmosfera ferriħija..
Esibizzjoni:
- 14 ta’ Jannar – 17:00-21:00
- 15-19 ta’ Jannar – 09:00-12:00, 17:00-21:00
- 20 ta’ Jannar – 09:00-12:00, 17:00-00:00
Kunċert tal-banda tar-ram:
- 19 ta’ Jannar – 20:45-23:45
Teżori Moħbija – Is-Soċjetà Filarmonika King’s Own
Matul il-ġimgħa tal-ftuħ, is-Soċjetà Filarmonika King’s Own se tiftaħ il-binja tal-każin lil-pubbliku. Ġewwa, vizitaturi jistgħu jiskopri t-teżori moħbija li jinsabu fiha, li jinkludu arkivji b’mużika imprezzabbli u ritratti ta’ tifkira ta’ avvenimenti importanti tal-banda.
- 15-19 ta’ Jannar, 18:30-21:30
- 20 ta’ Jannar, 09:00-13:00, 17:00-00:00
- 21 ta’ Jannar, 09:00-13:00
Festa Fever – Domus Pauli
F’nofs il-preparamenti għall-festa proprja tagħhom, l-Għaqda tal-Pawlini se jiftħu l-mużew Domus Pauli għal esibizzjoni ta’ artefatti reliġjużi li għandhom x’jaqsmu mal-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta.
- 15-20 ta’ Jannar – 18:00-21:30
- 21 ta’ Jannar – 10:00-13:00
Sorijiet u Patrijiet – Maħżen San Duminku
Il-Kummissjoni Armar u Restawr se jkunu qed jippreżentaw esibizzjoni u workshops marbuta mat-tiżjin tal-festa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta (b’mod partikolari x-xogħlijiet ta’ Carlo Darmanin, Vincenzo Cremona u Emvin Cremona). L-istejjer marbuta ma’ xulxin huma karatterizzati minn artefatti u ħiliet miksuba bejn wieħed u ieħor matul dawn l-aħħar mitt sena.
Esibizzjoni
- 15-19 ta’ Jannar – 17:00-21:00
- 20 ta’ Jannar – 09:00-17:00
- 21 ta’ Jannar – 09:00-13:00
Workshops
- 20 ta’ Jannar – 09:30 (indurar), 10:30 (pavaljuni tal-festa), 11:30 (xogħol fil-metall)
San Pawl taż-Żgħar – Il-Festa tat-Tfal
Din is-sena l-verżjoni tat-tfal tal-festa lokali ta’ San Pawl tieħu xejra speċjali għal Valletta 2018. It-tfal se jerfgħu statwa żgħira ta’ San Pawl madwar il-Belt Valletta. Tibda minn Triq Sant’Ursula, ddur madwar it-toroq tal-Belt Valletta, u tispiċċa fi Triq San Pawl, kantuniera ma’ Triq Santa Luċija.
- 20 ta’ Jannar – 09:00-13:00