Il-proġetti tagħna jwasslu l-kultura wara bieb kulħadd, waqt li jgħaqqdu l-viżjoni tradizzjonali ta’ ħajja Mediterranja arrikkita b’relazzjonijiet mill-qrib mal-familja, mal-ħbieb u mal-ġirien flimkien mal-prattiki kreattivi dejjem jikbru tal-gżira. Żur il-kapitali biex tiskopri t-temi diversi fit-toroq tal-Belt Valletta u l-madwar matul il-Ġimgħa tal-Ftuħ tagħna.

Iljieli Beltin – Teatru Komunitarju Sala San Duminku

L-Għaqda Festi Esterni San Duminku timmira li ssaħħar l-udjenzi bi tliet iljieli mimlija ħajja ta’ mużika u teatru komunitarji, bil-parteċipazzjoni tal-gruppi popolari tal-mużika alternattiva Brodu u Mistura, il-kummidjanti Philip Leone-Ganado u Chris Dingli, u għannejja Maltin tradizzjonali.

  • 17 ta’ Jannar – 19:00 (għana)
  • 18 ta’ Jannar – 19:00 (kummiedja)
  • 19 ta’ Jannar – 21:00 (mużika alternattiva)

Biex tibbukkja għal dawn l-avvenimenti, jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected] jew ċempel fuq 79661689.

Każinata ġo La Vallette – Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette

F’diversi jiem matul il-ġimgħa, is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette se tgħix il-festa magħna wkoll, b’kunċerti tal-banda tar-ram, esibizzjonijiet fil-post u atmosfera ferriħija.

Kunċert tal-banda tar-ram:

  • 19 ta’ Jannar – 20:45-23:45

Esibizzjoni:

  • 14 ta’ Jannar – 17:00-21:00
  • 15-19 ta’ Jannar – 09:00-12:00, 17:00-21:00
  • 20 ta’ Jannar – 09:00-12:00, 17:00-00:00

Mużika ma’ Kull Rokna – madwar it-toroq tal-Belt Valletta

Mużiċisti minn diversi kantunieri tul Triq ir-Repubblika jingħaqdu flimkien f’tarf it-triq, wara li jkunu stiednu lin-nies fit-triq biex idoqqu magħhom, bil-qofol jintlaħaq quddiem il-Qorti. Bi produzzjoni ta’ Xarulù, din l-attività twiegħed li tkun taħlita ta’ mużika ferriħija ta’ diski popolari, mimlija strumenti moderni u tradizzjonali.

  • 20 ta’ Jannar – 11:30-12:30

Il-Ħanut – 81/3, Strada Stretta

Ispirat mill-proġett kollaborattiv ma’ Leeuwarden-Fryslân 2018, Poetry in Potato Bags, dan il-ħanut tal-poeżija/patata se jistieden lill-viżitaturi lejn spazju fejn il-poeżija biss se ‘tinbiegħ’, f’erba’ lingwi differenti. Se jkun hemm workshops għat-tfal, u fihom se jkunu jistgħu jiddisinjaw u jpinġu, iżda wkoll jitgħallmu modi kif tista’ tiskambja l-poeżija għal aktar poeżija – fuq ir-radju, fil-boroż tal-patata, fil-vażetti u aktar…

  • 14 ta’ Jannar: 19:00-22:00
  • 15-19 ta’ Jannar: 09:00-12:00, 16:00-19:00
  • 20 ta’ Jannar: 09:00-12:00, 16:00-22:00
  • 21 ta’ Jannar: 09:00-12:00, 16:00-19:00

Ħolm Butik

  • Pjazza Ħelsien
  • Knisja Ta’ Ġieżu /Sicilia Bar (indana bejn Triq Sant’Ursola/Triq San Ġwann)
  • Triq it-Turġien (it-terrazzin ta’ Ġewwa Barra)

Ħolm Butik huwa rakkont kontemporanju dwar il-ħolm tal-bniedem, li se juża elementi tat-teatru inkluż is-satira, biex jirrifletti dwar id-diversità tal-ħolm tal-bniedem, kif jesprimi ruħu, il-potenzjal tiegħu u kif ikun ta’ impatt fit-trasformazzjoni tal-ispazji li jgħix fihom. Matul ir-rappreżentazzjonijiet, l-artisti se jinvolvu l-komunità lokali fi proċess li jgħaqqad it-teatru u l-moviment.

  • 20 ta’ Jannar 2018: 10:00, 11:45, 13:00

Teatru Triptiku

  • Bieb il-Belt sal-Qorti
  • Pjazza Repubblika, quddiem il-Bibljoteka,
  • Żona tal-Lanċa Valletta-Sliema u Pjazza Mattia Preti

Teatru Triptiku, b’direzzjoni u produzzjoni ta’ Jacob Piccinino, huwa serje ta’ interventi artistiċi qosra madwar it-toroq tal-Belt Valletta. Dawn se jkunu marbuta mill-qrib man-narrattiva ta’ Valletta 2018 għas-sena, u b’hekk iservu ta’ introduzzjoni għall-Programm Kulturali li se jkollu l-bidu tiegħu fl-istess ġurnata.

  1. Festa: Xi raħħala jirrappreżentaw baned opposti li jeżistu fi ħdan in-nisġa kulturali ta’ kull raħal. Tinqala’ ġlieda matul il-marċ ta’ filgħodu tal-festa; hekk kif jiffaċċjaw lil xulxin minn gallariji faċċata ta’ xulxin fi Triq ir-Repubblika, l-avversarji jiddeċiedu li jikkompetu dwar min jista’ jagħti l-ikbar spettaklu u min jista’ jkanta l-aqwa rimi ma’ ‘San Santu’.
  2. Tombla: Tombla litteralment se tkabbar l-oġġetti prinċipali marbuta ma’ din il-logħba (jiġifieri l-bankijiet, il-biljetti, eċċ) u toħloq koreografija komika minn grupp ta’ buffi. Il-logħba li tirriżulta se tittrasforma f’tellieqa fiżika bejn l-erba’ buffi, fuq min se jikseb l-aħħar sekwenza ta’ numri, u b’hekk tistieden lill-pubbliku jinvolvi ruħu f’riflessjoni dwar il-logħob tal-azzard, il-kompetittività u l-element barokk tiegħu.
  3. Baħħar: Din ir-rappreżentazzjoni se tipprova toħloq mitoloġija ispirata minn dak li diġà nafu (pereżempju l-għajnejn ta’ Osiride fuq il-Luzzu Malti eċċ) u jittrasponuha fi sfond aktar kontemporanju. F’dan il-każ, il-ħitan tas-swar, il-ħitan maġenb il-baħar u l-ħitan tal-Maori se jipprovdu x-xenarju perfett għal dan l-ispettaklu. L-iskop huwa li dan l-ispazju jiġi trasformat f’sit interattiv u atmosferiku – wieħed li se jkollu l-udjenza fiċ-ċentru tiegħu.
  • 20 ta’ Jannar – 10:30, 11:30, 13:30