Il-proġetti tagħna jwasslu l-kultura wara bieb kulħadd, waqt li jgħaqqdu l-viżjoni tradizzjonali ta’ ħajja Mediterranja arrikkita b’relazzjonijiet mill-qrib mal-familja, mal-ħbieb u mal-ġirien flimkien mal-prattiki kreattivi dejjem jikbru tal-gżira. Żur il-kapitali biex tiskopri t-temi diversi fit-toroq tal-Belt Valletta u l-madwar matul il-Ġimgħa tal-Ftuħ tagħna.

 

Aqdef, isa! – Port ta’ Marsamxett

Qaddiefa u membri tal-Marsamxett Regatta se jiggwidaw lill-viżitaturi madwar il-kultura tant maħbuba tagħhom tar-regatta, u jagħtuhom opportunità unika biex jaraw kif tinbena dgħajsa tar-regatta, flimkien ma’ tekniki tal-qdif, wirja ta’ dgħajjes żgħar, wirja ta’ kajjikki u magna tal-qdif, bil-qofol ikun tellieqa ta’ 400m f’Marsamxett nhar il-Ħadd filgħodu, jekk it-temp jippermetti.

  • Esibizzjoni: 21 ta’ Jannar – 10:30-13:00

 

L-Iljuni tal-Futbol – Kunvent tal-Agostinjani

Din l-espożizzjoni unika tal-futbol se tieħu l-viżitaturi għal dawra madwar l-istorja tal-futbol tal-Belt Valletta, b’workshops, taħditiet u dawriet madwar artefatti, biċċiet minn gazzetti, trofej u oġġetti oħra prezzjużi bħal dawn. Din il-wirja hija organizzata minn Rovers FC b’kollaborazzjoni ma’ Valletta FC.

  • 15-20 ta’ Jannar  – 09:00-12:00, 16:00-21:00