Ħolqa huwa proġett ta’ prestazzjonijiet drammatiċi fi ħdan il-University of Malta Junior College, u jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ skejjel Ewropej differenti. Il-festival, li se jsir bejn it-12 u s-16 ta’ Marzu, għandu l-għan li jlaqqa’ nies żgħar fl-età minn pajjiżi differenti mat-teatru bħala element li jgħaqqad.
Il-proġett joħloq spazju kulturali għal studenti ta’ bejn is-16 u d-19-il sena minn pajjiżi u sfondi soċjoekonomiċi differenti, inkluż dawk li huma żvantaġġjati b’xi mod, biex jingħaqdu flimkien u jaqsmu l-ideat, il-viżjonijiet u l-kultura permezz tal-espressjoni artistika tagħhom. L-attivitajiet tal-ġimgħa jikkonsistu f’wirjiet, workshops tad-drama, ħarġiet kulturali, avvenimenti soċjali, eżerċizzji li jsaħħu tim, u provi.
L-attivitajiet waqt il-festival jinkludu:
Wirjiet fil-Junior College u fi nħawi oħra fil-miftuħ mill-gruppi parteċipanti
Workshops tad-drama fl-isferi tar-reċtar, vuċi, żfin/ċaqliq
Il-festival għandu wkoll l-appoġġ tal-Premju tal-President għall-Kreattività.