Teatru Manoel Youth Theatre (TMYT) jieħdu sehem f’dan il-musical oriġinali – b’kitba u direzzjoni ta’ Denise Mulholland, u mużika u lirika ta’ Luke Saydon.

Għaliex iż-żgħir Gus Nightingale, tifel li ġej minn familja mużikali famuża, f’daqqa waħda jikkwieta? X’seta’ ġara tant ħażin li wassal għal HUSH? Jista’ Gus jerġa’ jsib il-vuċi vera tiegħu u jsalva lid-dinja mill-Maestro ħajjen? Gus biss jaf is-sigriet u – għalissa – m’hu se jgħid xejn…

Hush tittratta temi marbuta mas-sensi tat-telf ta’ xi ħadd, il-biża’ u t-telf ta’ kunfidenza, f’dinja maġika fejn qalb imweġġgħa kapaċi tisraq il-mużika u l-ħsejjes u tħalli d-dinja f’silenzju. Flimkien ma’ tifla ċkejkna eċċentrika jisimha Clementine Pickles, ikun jiddependi biss minn Gus biex jiskopri mill-ġdid il-qawwa moħbija li hemm fih u jeħles lil familtu mid-dwejjaq. Teatru Monoel Youth Theatre jinkoraġġixxi l-iżvilupp u jħarreġ artisti żgħażagħ, billi jħejjihom għal aktar taħriġ u għal karriera professjonali fl-arti kreattiva.

Hush se tittella’ fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta, bejn is-17 u d-19 ta’ Marzu 2018 bil-biljetti jiswew €10. Biex tibbukkja żur is-sit http://www.teatrumanoel.com.mt/default.asp?m=shows&id=691.

Se jsiru wkoll spettakli għall-iskejjel fis-16 u fl-20 ta’ Marzu 2018. Biex tibbukkja jekk jogħġbok ibgħat email fuq boo[email protected].