Bħala parti mill-attivitajiet fl-għeluq il-25 sena, il-Borża ta’ Malta se torganizza wirja kollettiva ta’ arti bl-isem ‘Of Spatial Concerns’. Din il–wirja se tiġi mtella’ fil-binja tal-Borża ta’ Malta fi Pjazza Kastilja, fil-Belt Valletta, u se tiġi inawgurata mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, nhar it-Tnejn 2 ta’ Mejju.
F’din il-wirja se jieħdu sehem b’kollox disa’ artisti, Adrian Abela, Adrian Scicluna, Charles Paul Azzopardi, George Mario Attard, John Cascun, Kane Cali, Mario Abela, Matthew Schembri u Robert Zahra, dawn se jesibixxu biċċiet tal-arti b’tema ta’ kif individwi jirrelataw mal-ispazzji ta’ madwarhom.
Mistoqsi dwar il-wirja s-sur Adrian Scicluna, l-kuratur, qal li n-nies jirrelataw mal-ambjent fiżiku, kulturali, soċjali, politiku, ekonomiku u teknoloġiku ta’madwarhom b’mod personali u differenti. L-emozzjonijiet u parametri psikoloġiċi huma parti kbira ta’ kif il-bniedem iħares lejn l-ambjent u l-kunċett tal-ispazju li hija differenti ħafna minn dak ta’ mitt sena ilu.
Din il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-Tlieta 3 ta’ Mejju sal-Erbgħa 15 ta’ Ġunju kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn 4.00pm u 7.00pm. Id-dħul għal din il-wirja huwa b’xejn.
Għal aktar informazzjoni tistgħu tidħlu f’dan is-sit www.borzamalta.com.mt jew fil-paġna tal-Facebook Malta Stock Exchange Art Exhibition 2016.
Tistgħu ukoll tikkuntatjaw lil Sur Adrian Scicluna, artist u kuratur ta din il-wirja fuq [email protected] jew [email protected]
Dan il-proġett huwa appoġġjat mil-Borża ta’ Malta flimkien mal Corporate Sponsors u l-Valletta 2018 Foundation.