Idħol sal-Belt kapitali għal avveniment uniku meta l-erba’ festi prinċipali u ż-żewġ għaqdiet tal-Banda fl-istess Belt jingħaqdu sabiex jimlew it-toroq bil-mużika u brijju. Fuq sfond tal-Festa Kattolika, gawdi l-erba’ purċissjonijiet tradizzjonali mżewqa b’tiżjin, marċi u l-briju tradizzjonali sinonimu mal-poplu Malti. L-ingredjenti kollha li jsawru l-festa Maltija.

Il-Festa l-Kbira tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Porto Salvo u San Duminku, il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette u s-Società Filarmonica King’s Own.

Fis-6 t’April, se jsir marċ u kunċert konġunt mill-Banda King’s Own u l-Banda La Valette fi Pjazza San Ġorġ. Fis-7 t’April, se jsiru diversi attivitajiet madwar il-Belt Valletta u l-Isla, inkluż Regatta.

Ara l-Programm tal-Attivitajiet hawn taħt:

L-Erbgha, 4 t’April 2018

6:00pm          Konsagrazzjoni tal-Knisja u inawgurazzjoni tal-pavimentar ġdid ġewwa l-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu

 

Il-Ġimgħa, 6 t’April 2018

7:30pm      Il-Banda King’s Own u l-Banda La Valette jibdew marċ minn Pjazza Ħelsien sa Pjazza San Ġorġ. Il-marċ jasal fil-Pjazza fit-8:30pm

9:00pm      Il-Banda King’s Own u l-Banda La Valette jtellgħu kunċert konġunt fi Pjazza San Ġorġ. Kull banda ser ittella’ programm ta’ 40 minuta li jinkludi wkoll xi diskors qasir għall-okkażjoni għal total ta’ 100 minuta

 

Is-Sibt, 7 t’April 2018

11:45am     Regatta fil-Port il-Kbir

12:00pm     Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm Full Gun Salute mis-Saluting Battery fil-Barrakka ta’ Fuq

4:50pm       Preżentazzjoni tax-Shield u premjijiet Valletta 2018 Leġġendi tal-Port il-Kbir, Preżentazzjoni tax-Shield u Premjijiet Kategorija B, Preżentazzjoni tax-Shield u Premjijiet Regatta Jum il-Ħelsien

5:00pm      Quddiesa fl-erba’ knejjes involuti

5.45pm       L-erba’ baned mistiedna jinġabru quddiem il-knejjes rispettivi sabiex isellmu l-vari titulari waqt il-ħruġ***

6.00pm      Ħruġ tal-purċissjonijiet

6:50pm      Il-vari titulari jibdew jaslu fi Pjazza San Ġorġ

7:35pm       Ċelebrazzjoni u mument ta’ talb li jinkorpora l-erbgħa festi flimkien. Din tkun mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna

8:00pm      Il-vari titulari flimkien mal-baned jibdew triqthom tul Triq ir-Repubblika lejn Bieb il-Belt

8:00pm      Spettaklu pirotekniku miż-żona tal-Forti Sant Iermu

9:10pm      Il-vari titulari jibdew jaslu fi Pjazza Ħelsien

9:30pm      Il-vari titulari jaqbdu r-rotta lura lejn il-Knisja rispettiva

10:45pm    Dħul tal-vari titulari fil-knejjes

 

***Il-baned mistiedna huma:

Società Filarmonica Nazionale La Valette, Valletta – San Pawl

Società Musicale Beland, Żejtun – Santu Wistin

Società Filarmonika King’s Own, Valletta – San Duminku

Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq – Madonna tal-Karmnu

 

 

Programm tar-Regatta Jum il-Ħelsien li se ssir fis-7 t’April

11:45am     Introduzzjoni għall-Programm tar-Regatta fuq il-Palk Ewlieni

11:53am     L-ewwel Tellieqa – B Tal-pass x 2

12:00pm    Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm Full Gun Salute mis-Saluting Battery fil-Barrakka ta’ Fuq

12:10pm     Jibda l-Programm fil-Valletta Waterfront

12:10pm     Jibda l-Programm fl-Isla

12:25pm     It-tieni Tellieqa – Open A Tal-Midalji

12:35pm     Divertiment għat-Tfal minn Valletta 2018

12:50pm    It-Tielet Tellieqa – B Kajjikki

1:00pm    Progamm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

1:20pm    Ir-Raba’ Tellieqa – Open A – Frejgatini

1:30pm    Programm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

13:50pm    Il-ħames tellieqa – B – Midalji

2:00pm    Programm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

2:10pm    Diska Valletta 2018 għat-Tnedija tat-Tellieqa Leġġendi tal-Port

2:15pm     Is-Sitt Tellieqa – Tellieqa Valletta 2018 – legends of the Harbour. Tal-pass x 4

2:25pm     Programm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

2:40pm    Is-seba’ Tellieqa – Open A – Tal-Pass x 2

2:50pm    Programm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

3:00pm    Preżentaturi jagħtu informazzjoni dwar Il-Festa l-Kbira.

3:10pm     It-tmien Tellieqa – B – Frejgatini

3:20pm     Programm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

3:40pm    Id-disa’ Tellieqa – Open A – Kajjikki

3:50pm     Programm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

4:10pm    L-għaxar Tellieqa – B – Tal-Pass x 4

4:20pm    Programm ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla

4:35pm     Il-ħdax il-Tellieqa – Open A – Tal-Pass x 4

4:45pm    Riżultati

4:50pm    Preżentazzjoni Valletta 2018 Shield u Open A shield u Cat B Shield

5:00pm    Għeluq

 

Niżżel ir-rotot għall-Festa l-Kbira hawn.

 

Arranġamenti tat-trasport:

6 ta’ April

  • Servizz speċjali tat-trasport pubbliku bejn il-11pm u nofs il-lejl
  • Rotta 133 (ir-rotta tal-Belt Valletta) mhux se tkun affettwata
  • It-taxis se jaħdmu mill-istand tat-taxis il-ġdida ħdejn il-Funtana tat-Tritoni
  • Il-coaches/minivans se jtellgħu/iniżżlu l-passiġġieri mill-Mall fil-Floriana

7 ta’ April

  • Servizz speċjali tat-trasport pubbliku bejn il-11pm u 12.30am
  • Rotta 133 (ir-rotta tal-Belt Valletta) se tiġi diretta lejn ir-Ring Road tal-Belt Valletta mill-4.30pm
  • It-taxis se jaħdmu mill-istand tat-taxis il-ġdida ħdejn il-Funtana tat-Tritoni mill-10am
  • Il-coaches/minivans se jtellgħu/iniżżlu l-passiġġieri mill-Mall fil-Floriana
  • Il-laneċ se jkunu qed jaħdmu b’żewġ laneċ miż-żewġ postijiet tal-imbark sas-1am
  • Il-lift tal-Barrakka se jibqa’ jaħdem sas-1am
  • Is-servizz tax-shuttle għall-Floriana Park and Ride se jaħdem sa nofs il-lejl