Ġewwa Barra huwa proġett tal-arti komunitarja li jinkoraġġixxi lir-residenti tal-Belt Valletta biex jinvolvu ruħhom mal-pajsaġġ dejjem jinbidel tal-belt b’modi kreattivi u li jagħtu s-setgħa. Inkontri u workshops informali ma’ professjonisti kreattivi diversi jistiednu lir-residenti jikkontribwixxu l-għarfien tagħhom f’viżjonijiet għall-futur tal-viċinati tagħhom.
L-ispettaklu teatrali Il-Ħasla huwa il qofol tal-proġett Ġewwa Barra, proċess artistiku mmexxi għall-Fondazzjoni Valletta 2018 minn Victor Jacono li jħeġġeġ lir-residenti tal-Belt Valletta jesprimu ruħhom b’mod kreattiv rigward il-bidliet li raw iseħħu madwarhom f’dawn l-aħħar snin u l-ħolm li għandhom għal belt li jgħixuha bħala darhom.
X’inhuma jagħmlu Charlie ta’ Rose, Jonny il-kuntrattur, u raġel misterjuż, iduru mat-toroq tad-Diju Balli? Rose x’telgħet tagħmel tonxor il-ħwejjeġ dal-ħin mhux tas-soltu? U Carmen, il-kuġina ta’ Rose, x’kien trid tiltaqa’ b’urġenza mal-ġirien fil-bar ta’ ħuha Dominic? It-tweġibiet għal dal-misteru jinstabu f’Il-Ħasla, spettaklu teatrali maħluq u mtella’ mar-residenti tal-Belt Valletta, biex jaqsmu mal-ispettaturi xi jfisser għalihom tkun Belti.
Il-Ħasla se tittella’ fil-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta fis-26 ta’ Awwissu 2018, 8pm. Id-dħul huwa b’xejn.