Il-Malta Innovation Summit huwa proġett appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, li jikkonsisti f’konferenza ta’ ġurnata sħiħa li se tinkludi esibituri innovattivi, diskussjonijiet fuq panel u miftuħa, b’14-il kelliem lokali u internazzjonali – li jispeċjalizzaw f’metodoloġiji tal-innovazzjoni, mentalitajiet innovattivi, kulturi ta’ start-up, teknoloġiji irregolari, u aktar. Il-konferenza se ssir fit-13 ta’ Ottubru 2017, fil-lukanda Westin Dragonara, San Ġiljan.

Il-proġett għandu l-għan li jaċċellera l-moviment tal-innovazzjoni f’Malta, u globalment, billi jiġbor il-partijiet interessati kollha u jaqsam esperjenzi, ideat, modi, proċessi u prattiki tajba tad-dinja reali.

Parteċipanti se jieħdu sehem f’ġurnata sħiħa ta’ temi ċentrali, preżentazzjonijiet, panels esperti, workshops u opportunitajiet ta’ netwerking li jesploraw l-aqwa metodi biex tiġi adottata l-innovazzjoni f’organizzazzjoni bħala mentalità.

Din il-konferenza, immirata għal partijiet interessati fl-innovazzjoni fuq livell lokali u internazzjonali f’enfasi fuq l-Eżekuttivi C-Level, twieldet mill-ħeġġa tat-tim ta’ NetRefer li jitgħallmu u jaqsmu l-aħjar prattiki tal-innovazzjoni, u li jkunu kreattivi fis-sejba ta’ metodi ġodda li jesprimu din il-passjoni. It-tim għandu l-għan li joħloq ambjent ta’ konferenza differenti fejn kull parteċipant jieħu lura miegħu l-approċċ tiegħu/tagħha biex joħolqu kultura innovattiva fuq livell personali, organizzattiv, lokali u wkoll internazzjonali.

Minkejja li l-kelma “innovazzjoni” hija użata u abbużata, teżisti ħafna konfużjoni dwar kif wieħed għandu jispira u jesegwixxi l-innovazzjoni b’mod effettiv. Allura, x’inhi d-definizzjoni reali ta’ innovazzjoni? Liem huma l-eżempji mid-dinja reali ta’ innovazzjoni? Hemm metodi u prattiki li nistgħu nadottaw biex inkunu aktar innovattivi bħala persuni, bħala organizzazzjoni, u bħala nazzjon? Il-MIS hija mmirata biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet direttament u tagħti bidu għal mentalità ta’ innovazzjoni li kulħadd jista’ jibbenefika minnha.

Filwaqt li bliet bħal Tel Aviv, Londra, Berlin u Silicon Valley qegħdin fuq quddiem għall-aqwa ekosistema tal-innovazzjoni, il-passat riċenti ta’ Malta huwa indikazzjoni tajba li ż-żerriegħa għal sistema start-up tajba nżergħet u issa huwa f’idejna li ngħinuha tidħol fis-seħħ. Fl-aħħar 50 sena minn mindu sirna repubblika indipendenti, Malta kompliet tikber sena wara sena, tistabbilixxi lilha nnifisha bħala ċentru għas-Servizzi tal-IT, is-Servizzi Finanzjarji, ir-Remote Gaming, u s-setturi tat-Turiżmu. Is-suċċess li ġie minn dawn is-setturi fis-snin riċenti jista’ jiġu sostnut biss jekk Malta tadotta kultura aktar innovattiva fil-livelli kollha.

Il-MIS timmira li tispira, tħaffef u trawwem kultura fil-Gżejjer Maltin li r-residenti se jibbenefikaw minnha; hekk kif ekosistema aktar innovattiva toħloq u ttejjeb fiċ-ċert l-opportunitajiet finanzjarji u soċjali. Il-MIS biħsiebha tikseb dan permezz ta’ skambju kollaborattiv ta’ informazzjoni u ideat bejn innovaturi ta’ esperjenza u partijiet interessati innovattivi.

Jekk jogħġbok żur http://maltainnovationsummit.com/ biex tirreġistra jew għal aktar informazzjoni.