Se narak hemm? Se tarani? X’taħseb fuqi? U jien x’naħseb? Ejja fforma parti minn din il-laqgħa underground. Bużżieqa soċjali… labirint żgħażugħ.

iLand hija biċċa xogħol speċifika tas-sit maħluqa miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ, li tesplora xi jfisser li tkun żgħażugħ f’Malta fl-2018. Din ir-rappreżentazzjoni li timxi minn post għal ieħor tieħu lill-udjenza fil-post fejn dan kollu jseħħ, u toffri esperjenza intima u l-eqreb inkontri possibbli mad-dinja taż-żgħażagħ lokali. iLand se tittella fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Belt Valletta, fis-16, 17, 18, 22, 24 u 25 ta’ Novembru 2018.

Dan il-proġett huwa parti minn ŻiguŻajg u parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.

Din ir-rappreżentazzjoni mibjugħa kollha! Segwi din il-paġna għal aktar informazzjoni.