Women in Music huwa avveniment mużikali li se jsir f’Awwissu tal-2018 u ser jinkludi lil Ira Losco & Friends biex b’hekk iġib teżor mużikali ta’ veru fil-belt kapitali tagħna.

Dan il-kunċert huwa ċelebrazzjoni tar-rwoli integrali li kellhom l-artisti nisa fit-tisħiħ tal-industrija mużikali lokali u internazzjonali, bi prestazzjonijiet vibranti li ser jgħaqqdu artisti minn ġeneri differenti filwaqt li jiċċelebraw il-kollaborazzjonijiet kreattivi tan-nisa. L-elenku jilħaq ġenerazzjonijiet differenti u joffri repertorju mużikali miżgħud bi ħsejjes differenti li jservi ta’ pont mifrux tul għadd kbir ta’ ġeneri bejn il-mużika tal-imgħoddi u dik tal-mument. Ira Losco & Friends: Women in Music iwiegħed avveniment li ma jintesiex għas-segwaċi tal-mużika ta’ kull ġeneru u età.