Id-dawl jinsab madwarna lkoll, u ta’ spiss ma napprezzawhx biżżejjed. Huwa marbut direttament ma’ wieħed mis-sensi tagħna, u niddependu fuqu sabiex niffunzjonaw fil-ħajja ta’ kuljum. Minkejja l-użu immens tiegħu, narawh użat f’diversi modi oħra li huma ffukati inqas fuq il-pragmatiżmu pur.
• Dekorazzjoni
• Festivals
• Teknoloġija
• Arti
• Rappreżentazzjonijiet
• TV u Ċinema
Dawn huma kollha aspetti li jiffurmaw parti mill-identità kulturali tagħna, u nistgħu naraw l-applikazzjoni tagħhom tvarja b’modi uniċi minn pajjiż għal ieħor. Fil-qalba tagħha, l-attività “Island Lights” hija ċelebrazzjoni u vetrina tar-rwol vitali u integrali li għandu d-Dawl fil-kultura Ġappuniża. Billi tiġi ppreżentata lil udjenza Maltija, sservi wkoll biex tenfasizza ċerti aspetti simili jew kontrastanti tal-esperjenzi lokali magħha.
It-tema tal-attività tiġi esplorata mit-tradizzjonijiet sal-festivals Ġappuniżi, sal-ħajja moderna kontemporanja bil-bini mdawwal u l-ispettakli vivaċi marbuta mal-bliet ewlenin tal-Ġappun. Id-dawl innifsu għandu rwol essenzjali, li jagħmel l-esperjenza kollha waħda unika.
Id-dawl jiġi kuntrastat bin-nuqqas tiegħu stess – id-dlam. Filwaqt li nkunu mdawra bid-dawl, neħduh bħala xi ħaġa ovvja; iżda meta jkun id-dlam, l-iktar sorsi ta’ dawl baxxi jiddu bl-aktar mod qawwi għalina. Il-post, li se jkun imdallam b’mod strateġiku, jinbidel f’kanvas fejn id-dawl huwa l-pinzell tagħna.
Diversi attivitajiet u karatteristiċi differenti se jiġu inkorporati fl-attività, inkluż skrins taċ-ċinema, installazzjoni tal-arti interattiva u żona ta’ logħon, installazzjonijiet tal-arti statiċi, wirja cosplay, dimostrazzjonijiet diretti u taħditiet.
Island Lights se jittella’ fit-2 u t-3 ta’ Novembru 2018 f’Dar Qalb ta’ Ġesù, Santa Venera.