Il-livell eċċellenti tal-mużika tal-Festival Three Palaces tħabbatha miegħu biss l-uniċità tal-ambjent tiegħu bil-Palazzi Presidenzjali jżidu saff ieħor ta’ storja u narrattiva mal-festival.

Il-Festival Three Palaces jittella’ fil-Palazzi Presidenzjali: il-Palazz Verdala fil-Buskett, il-Palazz San Anton Ħ’Attard u l-Palazz tal-Granmanstru tal-Belt Valletta. Dan joffri festa ta’ mużika klassika, moderna u jazz fi dwarijiet li jlaqqgħu flimkien l-istorja mar-rilevanza bla żmien tal-mużika li tindaqq.

B’danakollu minkejja l-uniċità tal-postijiet il-Festival xorta waħda jibqa’ aċċessibbli għal firxa wiesgħa ta’ udjenzi.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se tittella’ bejn it-3 u t-12 ta’ Novembru 2018. Għal aktar informazzjoni żur is-sit tat-Three Palaces Festival.