Strada Stretta Concept, taħt l-awspiċju tal-Fondazzjoni Valletta 2018, qed jipproponi avveniment radikali li jirrifletti l-approċċ mhux tas-soltu tiegħu. Giuseppe Schembri Bonaci ipprovoka sfida bejn l-Opera u l-Jazz, din id-darba bi stedina lil Sandro Zerafa li se ‘jikkonfronta’ lis-sopran Ukrena Marjana Bodnar. Biex tkun aktar eċċitanti, Sandro se jistieden lill Stjepko Gut u lil Oliver Degabriele.
Jazz Operat jew Opera Injazzata
Laqgħa improbabbli bejn dawn iż-żewġ stili kontrastanti ħafna. Arias minn Saint-Saens, Rossini, Gimenez se jiġu riveduti fl-istil jazz.
Tieni parti:
Stjepko Gut jiltaqa’ ma’ Sandro Zerafa
It-trumbettier magħruf jiltaqa’ ma’ espatrijati tal-jazz Maltin Sandro Zerafa u Oliver Degabriele li se jagħtu omaġġ għal-leġġendi tal-jazz Tadd Dameron u Thelonious Monk fl-okkazjoni tal-100 anniversarju tagħhom.
L-avveniment se jseħħ fi Splendid, Strada Stretta, Valletta nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Mejju, 8.00PM.
DĦUL B’XEJN
Ringrazzjament speċjali lil Jason Masini & Splendid.