Ir-reġistrazzjoni bikrija għall-Konferenza Cities as Community Spaces issa hija miftuħa. Din il-Konferenza annwali għandha l-għan li tesplora l-interazzjoni bejn l-ispazju fiżiku/virtwali u l-użu tiegħu minn komunitajiet differenti li jgħixu fl-istess belt.
Dan l-avveniment annwali jlaqqa’ flimkien diversi partijiet interessati biex janalizzaw, jiddiskutu u jsawru l-ġejjieni tal-bliet bħala spazji komunitarji. Ingħaqad ma’ studenti, riċerkaturi, professjonisti kulturali u deċiżuri oħrajn biex taqsam l-għarfien u l-aqwa prattiki, tmexxi ’l quddiem il-koperazzjoni u tfassal il-futur tal-komunità tiegħek.
Dawk interessati jipparteċipaw għandhom jirreġistraw il-parteċipazzjoni tagħhom fuq il-paġna uffiċjali tar-reġistrazzjoni tal-Konferenza. Ir-reġistrazzjoni bikrija (€75) tagħlaq fis-26 ta’ Awwissu 2016.
Il-Konferenza Cities as Community Spaces tagħmel parti mill-Programm Kulturali tal-Fondazzjoni Valletta 2018.