Il-mod kif jaħseb il-bniedem huwa fundamentali għall-prattika tal-mediċina. Aspett straordinarju tal-bniedem huwa l-kapaċità tiegħu li jkun kreattiv biex ifassal lilu inifsu fid-dinja u viċi versa, mill-kreattività tiegħu jinfluwenza lilu inifsu kif ukoll lill-ambjent ta’ madwaru.
Għaldaqstant din il-konferenza dwar il-psikjatrija u l-arti li se ssir waqt li Malta hija l-Belt Ewropea tal-Kultura. Irridu nistudjaw kif il-persuna umana tirreaġixxi għas-sbuħija, kif espressa minn tipi differenti t’arti, inklużi l-Arti Viżwali, l-Arti tal-Ispettaklu, l-Arkitettura u l-Mużika. Irridu niskopru liema mekkaniżmi hemm fina nnklużi l-imħuħ tagħna, li jippermettulna li nipproduċu affarijiet sbieħ, u fejn dik il-kapaċità tista’ twassalna bħala nies. Biex nagħmlu dan, aħna nersqu lejn l-Art minn perspettivi ta’ Newroxjenza, Filosofija u Antropoloġija u niddiskutu kif dawn l-opinjonijiet jikkoinċidu ma’ xulxin.
Imbagħad niddiskutu kif l-Estetika tista’ tintuża fit-terapija, biex tgħin fil-fejqan tal-mard u tgħinna ngħixu ħajja produttiva u sodisfaċenti.
Din il-konferenza hija kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta, is-Servizzi Psikjatriċi f’Malta, l-Università ta’ Cambridge Clinical School, Clare College Cambridge, Centro Studi Psichiatrici Iseo Italy u l-Values-based Practice in Health and Social Care St Catherine’s College, Oxford.
Il-Kontributuri huma firxa ta’ nies. Dawn jinkludu Michael Musalek, l-espert Ewropew dwar l-Estetika fil-Psikjatrija minn Vjenna, il-Poeta u Psikjatristu Giuseppe Tavormina, Anton Grech, Direttur tal-Psikjatrija f’Malta u personalità tat-TV, Espert Arkitettoniku Richard England, Paul Xuereb Espert Teatrali u kollegi minn Cambridge, Malta, l-Istati Uniti, l-Iżvizzera u l-Italja.
Il-Konferenza hija fit-13 u l-14 ta’ Lulju fil-Palazz Verdala, li huwa arti glorjuża fiħ inifsu. Fit-12 ta’ Lulju, ġurnata qabel il-konferenza se jsir kunċert mill-Kor famuż ta’ Clare College Choir minn Cambridge fil-Katidral Anglikana fil-Belt Valletta.
Din il-konferenza hija appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.