Is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Valletta 2018 fl-okkażjoni tal-200 Anniversarju mill-mewt tal-Kompożitur Malti Nicolò Isouard, se tippreżenta Kunċert Vokali u Strumentali ta’ Mużika esklussivament ta’ dan il-kompożitur.

Is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard hija monument ħaj f’ġieħ dan il-kompożitur u hija l-unika Soċjetà Filarmonika fil-Gżejjer Maltin li hija msemmija u ddedikata għal kompożitur Malti.

Dan il-kunċert se jsir nhar il-Ħamis 25 ta’ Ottubru 2018, fil-Pro-Katridral ta’ San Pawl, fil-Belt Valletta. Id-dħul huwa b’xejn, iżda il-postijiet huma limitati u għalhekk il-quddiem ser jinħarġu biljetti għall-pubbliku. Il-prenotazzjoni hija rakkomandata. Wara l-15 ta’ Awwissu, kull min hu interessat jista’ jibbukkja post għal dan il-kunċert. Barra minn hekk, se jkunu jistgħu jibbukkjaw biljetti minn Ticket Hotline.

Il-Banda se ddoqq varjazzjoni ta’ mużika ta’ Nicolò Isouard fuq arranġamenti għall-Banda mis-Surmast Emeritus tas-Soċjeta Mro. Victor Zammit.

Dan il-kunċert huwa miġjub lilkhom mis-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard, bl-appoġġ ta’ Valletta 2018.

Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta’ Facebook Page u s-sit elettroniku tas-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard.