Strada Stretta Concept, taħt l-awspiċju tal-Fondazzjoni Valletta 2018, ser tippreżenta ‘Li Bqajna’ bid-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci.
Ser jittellgħu żewġ serata fi Splenid ta’ Strada Stretta.
19.00
20.30
‘Li Bqajna’ hija rappreżentazzjoni riflessiva tas-sensiela televiżiva Amerikana ‘The Leftovers’ (2014) li tittratta l-għejbien ta’ 2% tal-popolazzjoni dinjija. L-ispettaklu televiżiv jiffoka fuq verżjoni fittizja ta’ belt f’New York u fuq il-ħajja u l-interazzjoni bejn il-membri tal-komunità tagħha.
Din ir-rappreżentazzjoni tagħmel parti minn qafas kunċettwali li jittratta t-taħbit ta’ kuljum li wrietna s-serje televiżiva oriġinali u r-riflessjoni personali dwar it-trawma psikoloġika li dak li jkun jgħaddi minnha meta persuni għażież jisparixxu ħabta u sabta bla raġuni. Dawn in-nies (il-leftovers), li jkunu konnessi bl-istess ġrajja traġika, jibqgħu b’bosta mistoqsijiet bla tweġiba. Għaldaqstant ikollhom isibu mod għalihom biex jgħixu u l-bilanċ it-tajjeb f’din id-dinja żbilanċjata milquta minn spjegi xejn sodisfaċenti, vojt profond, bidla kontinwa, għaġġla, inċertezza u ħtiġijiet umani.
‘Li Bqajna’ tinkludi żfin, mużika oriġinali minn Mariella Cassar Cordina u narrazzjoni u xogħol awdjo-viżiv mill-artist Carmen Aquilina.
Kompożitriċi: Mariella Cassar Cordina
Awtur: John Bonello
Kantanti: The New Victorians
Stallazzjoni Viżiva/Materjal Viżiv: Carmen Aquilina
Disinn tal-Ħoss: Alistair Attard
Kummentarju: Claire Scicluna
Riflessjoni: Maria Theuma
Żeffiena/Koreografija: Eleonora Fae
Editur Vi: Andrew Aquilina
Cast: Lyanne Sawyer and Eman Scorfna Pluto
Ħajr speċjali lil:
Splendid
Jason Masini
Heritage Malta
Version 2
Dħul B’XEJN