Stabbilit fl-2009, il-Malta Doom Metal Festival (MDM) huwa festival annwali tal-mużika rock/heavy metal li ġie vvutat fost l-aqwa 10 festivals tal-heavy metal internazzjonali fuq is-sit ta’ Global Metal Apocalypse – (http://globalmetalapocalypse.
Fid-dawl ta’ dan, filwaqt li jgħaqqdu flimkien bands underground lokali u barranin li forsi ma tantx għandhom esponiment, l-MDM assiguraw il-parteċipazzjoni ta’ diversi mużiċisti ewlenin fi ħdan il-ġeneru biex (a) iżidu l-udjenzi, (b) ikomplu jippromwovu lil Malta bħala destinazzjoni turistika mużikali u ċentru għall-mużika rock ta’ diversi stili u (ċ) biex jiġi kkonsolidat in-netwerk eżistenti bejn il-bands, minħabba li kif turi l-istorja ta’ din l-attività, ġew megħjuna jkollhom aktar opportunitajiet biex imorru fuq tours u jiġu ffirmati ma’ djar tad-diski barra minn Malta.
Filwaqt li l-Belt Valletta ser tkun qed tiċċelebra s-sena tagħha bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura, l-edizzjoni tal-MDM tal-2018 mistennija twessa’, iktar minn qatt qabel, l-ambitu tal-udjenza tagħha u n-netwerk tal-metal. Il-festival se jittella’ fid-19 u l-20 t’Ottubru f’Chateau Buskett, is-Siġġiewi.
Mużiċisti:
The Skull (US), Demon (UK), NECROPHOBIC (SE), Ancient Rites (BE), Officium Triste (NL), Damien Thorne (US), Black Oath (IT), Forsaken (MT), Circle of Witches (IT), Victims of Creation (MT), Achelous (GR), Castle – Metal Band (US), Reflection (GR), 12th Ode (MT)