Il-Malta Fashion Week huwa avveniment ta’ skala nazzjonali li jippreżenta l-kultura dejjem tikber tal-moda f’pajjiżna bħala industrija kreattiva ewlenija – ċelebrazzjoni tal-moda lokali u internazzjonali fil-kalendarju kulturali.
Dan l-avveniment ilaqqa’ flimkien tul ġimgħa sħiħa t-talent lokali mad-disinjaturi internazzjonali stabbiliti.
Fil-biċċa l-kbira l-edizzjoni ta’ din is-sena ser issir il-Belt Valletta fil-Forti Sant’ Iermu.
Ser tittella’ wkoll esebizzjoni fotografika fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.
Għal iżjed tagħrif żur is-sit elettroniku uffiċjali tal-Malta Fashion Week.