L-2018 timmarka l-20 edizzjoni tal-Malta Fashion Awards u t-8 Edizzjoni ta’ Malta Fashion Week, attività ppreżentata fil-qalba tal-Belt Valletta. Matul din il-ġimgħa, il-belt kapitali ssir pjattaforma għall-ogħla talent u għal dak kollu li l-industrija tal-moda għandha x’toffri lix-xena internazzjonali f’Malta.
Disinjaturi, mudelli tal-catwalk, stilisti, artisti tal-makeup u bosta persuni kreattivi professjonali oħra se joħolqu xena attraenti bejn is-26 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju tal-2018, filwaqt li fotografi u bloggers jirriflettu l-essenza ta’ kull esibizzjoni. Malta Fashion Week toffri wkoll opportunità unika biex il-mistednin u l-persuni influwenti biex jiddiskutu u jagħmlu skambju tal-ideat fil-festini tal-awards, fl-ispettakli u l-esibizzjonijiet tal-moda, fil-workshops tad-disinn, fil-pop-up shops u aktar.