F’April li ġej, il-Fondazzjoni Ewropea għall-Appoġġ tal-Kultura (l-EFSE) f’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika Maltija u s-sapport tal-Fondazzjoni Valletta 2018, se tippreżenta edizzjoni oħra tal-Festival Internazzjonali tal-Mużika f’Malta, li sar wieħed fost l-iżjed festivals popolari tal-mużika klassika f’Malta.
L-edizzjoni tal-2018 se ssir bejn il-15 t’April u l-1 ta’ Mejju, bi programm varjat ta’ kunċerti li se jittellgħu kważi kuljum fid-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt u fis-Sala Robert Samut il-Furjana, u jvarjaw minn kunċerti bil-pjanu għal kunċerti tal-orkestra sinfonika.
Għal darb’oħra, il-festival se jinkludi bosta mużiċisti famużi internazzjonali bħall-Pjanista leġġendarju tal-kunċert Gregory Sokolov, il-Vjolinista rebbieħ tal-Premju Grammy Maxim Vengerov, il-Vjolinċellista u rebbieħ tal-kompetizzjoni Tchaikovsky bil-midalja tad-deheb Narek Hakhnazaryan, il-Vjolinista David Carpenter, il-Vjolinista Ray Chen, il-Pjanista Denis Kozhukhin u t-trio Khachaturyan.
Il-festival se jinkludi wkoll il-kompetizzjoni internazzjonali tal-pjanu f’Malta li se ssir bejn l-20 u t-30 t’April għal dawk ta’ taħt il-35 sena. Il-200 elf ewro fondi fi premju se jitħallew fil-ġenb u l-100 elf ewro se jintrebħu minn min jiġi l-ewwel. Sebgħin pjanista minn madwar id-dinja se jieħu sehem, u kien magħżul minn ħdax-il kompetizzjoni internazzjonali.
L-MIMF 2018 se jkollha reklamar internazzjonali sinifikanti, li jinkludi trażmissjonijiet fuq l-istazzjon tal-mużika klassika Medici.TV, il-Euronews u fuq stazzjonijiet tax-xandir mir-Russja, l-Armenja, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit.
Għal aktar informazzjoni, ara s-sit uffiċjali tal-festival, www.maltafest.eu.