L-edizzjoni tal-2017 tal-Malta Jazz Festival se tittella’ f’Lulju li ġej. L-avveniment mifrux fuq tlett ijiem se jinkludi mużiċisti u virtwużi f’ambjent uniku. Kollaborazzjonijiet fuq il-palk, masterclasses strumentali u workshops huma wħud mill-attrazzjonijiet li wieħed għandu jistenna. Għal tlett ijiem, il-viżitaturi se jiġu ppreżentati bil-ħsejjes ta’ mużiċisti magħrufa madwar id-dinja, b’avvenimenti b’xejn għal kulħadd fiċ-ċentru tal-Belt fl-ewwel ġurnata.

L-edizzjoni ta’ din is-sena qed tirsisti biex tagħmel il-jazz aċċessibbli kemm jista’ jkun. Minbarra li jinkludi artisti kbar li jitqiesu fost l-aqwa fil-jazz kontemporanju, il-Malta Jazz Festival qed jinfirex fit-toroq tal-Belt Valletta u jsawwar l-enerġija kreattiva fix-xena dejjem tikber tal-jazz f’Malta, bi preparament għal Valletta 2018.

Il-festival, bħas-snin ta’ qabel, se jinkludi wħud mill-artisti l-aktar renomati, kemm mix-xena internazzjonali kif ukoll lokalment. Jappoġġja x-xena lokali u jinkoraġġixxi kollaborazzjonijiet bejn artisti Maltin u internazzjonali. Fil-fatt, it-tliet mużiċisti lokali kollha se jinkludu mużiċisti internazzjonali.

Minbarra l-kunċerti tal-jazz bil-lejl, il-Malta Jazz Festival se jkun qed jospita serje ta’ Kunċerti Jazz ta’ Nofsinhar fil-Belt Valletta mis-17 sat-22 ta’ Lulju. Dawn se jsiru quddiem il-bini tal-Parlament fid-daħla tal-belt u se jinkludu mużiċisti kemm stabbiliti kif ukoll ġodda. Dawn l-attivitajiet huma parti minn Jazz on the Fringe u qed jiġu organizzati b’kollaborazzjoni ma’ Valletta 2018.

Il-Malta Jazz Festival huwa organizzat minn Festivals Malta fi ħdan l-Arts Council Malta, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali u l-Fondazzjoni Valletta 2018.

 

 

PROGRAMM:

KUNĊERTI TA’ FILGĦAXIJA

Il-Ħamis 20 ta’ Lulju (attività b’xejn appoġġjata minn Valletta 2018)

Id-Daħla tal-Belt, il-Belt Valletta fit-8pm

Romain Pilon feat. Walter Smith III

Pjazzu Teatru Rjal, Valletta

Nadine Axisa feat. Rino Cirinnà u Stjepko Gut

Quddiem il-Qorti, il-Belt Valletta

Munir Hossn ‘Made in Nordeste’

 

Il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju

Ta’ Liesse, il-Belt Valletta fit-8pm

Joe Debono Trio

Mark Guiliana Jazz Quartet

Nicholas Payton ‘Afro Caribbean Mixtape’

 

Is-Sibt 22 ta’ Lulju

Ta’ Liesse, il-Belt Valletta fit-8pm

Carlo Muscat feat. Burak Bedikyan

Antonio Sanchez u ‘Migration’

Al di Meola ‘World Sinfonia’ – “Music of Di Meola, Piazzolla & Lennon-McCartney

 

KUNĊERTI JAZZ TA’ NOFSINHAR FIL-BELT VALLETTA

It-Tnejn 17 ta’ Lulju

Grupp Walter Vella

Walter Vella (sax/flute), Godwin Lucas (keyboards), Anthony Saliba (bass), Joe ‘Bibi’ Camilleri (drums)

 

It-Tlieta 18 ta’ Lulju

Charles ‘City’ Gatt Quintet feat. Stjepko Gut

Stjepko Gut (trumbetta), Rino Cirinnà (sax), Dominic Galea (pjanu), Yoni Zelnik (bass), Charles Gatt (drums)

 

L-Erbgħa 19 ta’ Lulju 

Latina Melita

Alex Taylor (trumbetta), Karl Galea (kitarra), Diccon Cooper (bass), Manuel Pulis (drums)

 

Il-Ħamis 20 ta’ Lulju

Grupp Glenville

Glen Montanaro (kitarra), Dean Montanaro (bass), Joseph Camilleri (drums)

 

Il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju

Marvin Gaerty Trio

Marvin Gaerty (kitarra), Paul Giordimaina (pjanu), Charles Gatt (drums)

 

Is-Sibt 22 ta’ Lulju

The Johann Strauss School of Music Jazz Combo

Christian Debono (vuċi), Fabio Imbroll (kitarra), Philip Borg Barthet (trumbun), Samwel Grima (bass), Rafel Grima (drums)

 

Biljetti għall-ispettakli tal-21 u t-22 ta’ Lulju jistgħu jinxtraw minn hawn. Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal- Malta Jazz Festival.