ManaTapu jipproduċu u jdoqqu mużika b’influwenza profonda kulturali Maltija, lokalment u barra minn Malta. Inizjalment b’għeruq fir-reggae u ska, huma jġibu l-ispirazzjoni tagħhom minn bosta ħsejjes u ġeneri oħra fosthom il-funk u l-blues, il-mużika rock sal-folk, il-mużika popolari sal-polka, u anke l-hip-hop sal-punk rock.
Huma r-riżultat dirett ta’ pajsaġġ modern, dinamiku u kulturali f’Malta. Il-lirika tagħhom tifrex minn Ingliż għal Malti, għal Spanjol u Franċiż, u l-influwenzi multikulturali tagħhom huma element prinċipali tal-ħoss tagħhom. ManaTapu huma riflessjoni awtentika u ambaxxaturi tax-xena tal-mużika u l-arti Maltija moderna multikulturali.
ManaTapu jixtiequ jistidnukom għat-tnedija tal-LP ġdid tagħhom, “Tuatara” f’Mejju tal-2018 f’Ta’ Fra Ben fil-Qawra. L-udjenza se jiġu ppreżentati b’kunċert qabel it-tnedija, u s-serata tingħalaq b’DJ set.
Din l-attività hija appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.