Id-disa’ edizzjoni tal-Festival tal-Inbid Marsovin , li ser issir fil-15, 16, u 17 ta Lulju, jippromwovi l-inbejjed tal-Marsovin li għandhom iċ-ċertifikati ta’ kwalita D.O.K u I.Ġ.T u li huma prodotti biss minn għeneb imkabbar fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt, il-festival kien maħluq speċifikament biex jagħti lil min huwa dilettant ta’ l-inbid l-opportunita’ li jduq selezzjoni vasta ta’ inbejjed Maltin ta’ kwalita mill-aqwa.
Il-festival huwa immirat għal dawk li għandom interess ġenwin fl-inbid u l-ikkunsmar responsabbli tiegħu. Għalhekk, il-Marsovin dejjem tinkoraġixxi lill-pubbliku sabiex iduq varjeta ta’ nbejjed differenti grazzi għall-għażla ta’ tasters li huma disponibbli f’kull bar madwar il-festival. B’dan il-mogħod, kull min jattendi ikollu l-opportunita’ li veru jifhem u jesperjenza nbid ta’ kull tip u stil.