Mewġa Mużika huwa xogħol mużikali interattiv ikkurat mill-grupp Portugiż ondamarela.

Bl-għeruq tiegħu fil-kooperazzjoni u kollaborazzjoni l-programm huwa miftuħ għal persuni ta’ kull età u sfondi mużikali. Dan jipproponi l-ħolqien ta’ prestazzjoni mużikali pubblika li tibni pontijiet permezz tal-mużika. Komunitajiet varji jieħdu sehem f’workshops intensivi mal- maestro Tim Steiner sabiex joħolqu orkestra tal-komunità kbira.

Ir-riżultat huwa kunċert uniku u irreplikabbli li jirrifletti l-memorji, il-perċezzjoni tad-dinja u l-kultura diversi tal-komunitajiet involuti. Mewġa Mużika jsaħħaħ l-idea li ċ-ċittadini kollha jista’ jkollhom impatt kbir fuq inizjattivi artistiċi b’mod strutturat, rigoruż u spontanju, filwaqt li joħloq ukoll pjattaforma għal mużiċisti lokali mill-ġeneri u esperjenzi tal-ħajja kollha.

Il-kunċert finali, li se jittella’ nhar il-Ħadd 9 ta’ Settembru, u li se jara l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 300 mużiċist, se jittella fil-Foss tal-Imdina u jibda fis-7pm. Madankollu, aqbeż qabża sal-Imdina minn kmieni, il-ġurnata kollha twiegħed li tkun ġurnata fantastika għall-familja kollha!

Skeda:

Il-ġurnata kollha:

  • Attività ta’ siġra tal-kultura mill-Programm Tal-Kultura
  • Rokna freestyle – Ejja pprova strument
  • Interventi mużikali differenti mingħand ondamarela

10.00 – 11.00

  • Sessjoni ċaqliq mal-mużika

11.00 – 12.00

  • Workshop tar-Ritmu u l-Perkussjoni
  • Greenhouse Malta – L-importanza tal-ħoss fil-komunikazzjoni fin-natura

12.00 – 13.00

  • Solar Cinema – Workshop tal-Istop motion 

13.00 – 14.00

  • Workshop tal-Perkussjoni bil-Ġisem

14.00 – 16.00

  • Oħloq Kultura – Mużika tal-kulturi vvintata (għat-tfal)

16.00 – 18.00

  • Shake it! – Logħob tat-Triq u Movimenti Popolari

19.00 – 21.30

  • Rappreżentazzjoni finali b’aktar minn 300 mużiċist

Għal aktar informazzjoni, żur il-Paġna ta’ Facebook ta’ Mewġa Mużika.