Il-kelma MODS tfisser “Music on D Spot” (Mużika fuq il-Post), li tiddeskrivi l-missjoni ta’ dan il-grupp ta’ mużiċisti Portugiżi: il-ħolqien ta’ mużika improvizzata b’konnessjonijiet intimi ma’ stampi mobbli fiċ-ċinema jew fil-vidjo. Din l-edizzjoni ta’ MODS COLLECTIVE tinvestiga x-xogħol tal-pijunier ċinematografiku ta’ Malta Cecil Satariano, direttur tal-films rebbieħ ta’ premji artistiċi b’valur artistiku kbir li fil-biċċa l-kbira għadu mhux rikonoxxut f’Malta u fl-Ewropa.

Billi jieħdu bħala punt tat-tluq żewġ films qosra minn Satariano – I’m Furious Red u Giuseppi – il-mużiċisti Portugiżi u Maltin ser jintroduċu forom ta’ improvizzazzjoni, inkluża t-tradizzjoni lokali tal-kant spirtu pront. Dan l-avveniment huwa ħafna aktar minn soundtrack, għax huwa biċċa mużika li taħdem f’simbjożi maċ-ċinema u toħloq saff ġdid ta’ tifsir biswit ix-xogħol ta’ Satariano.

Maħluq u organizat minn Samuel Martins Coelho bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.