Il-mużika klassika mhix il-mużika li wieħed jistenna li jisma’ meta joħroġ billejl, imma l-mużika ta’ Mozart hija dejjiema, fil-veru sens tal-kelma. It-tieni edizzjoni ta’ Mozart f’Nofsillejl tal-Orkestra Filarmonika Maltija-huwa s’issa l-uniku kunċert tal-mużika klassika organizzat għal min iħobb joħroġ billejl-li jiffoka fuq ix-xogħlijiet aħħarija tal-Kompożitur, li miet ta’ 35 sena.

Il-kunċert se jsir it-Teatru Manoel-wieħed mill-ftit teatri li kien hawn fi żmien Mozart li għadu jeżisti-u jiftaħ b’wirja tal-overture tal-aħħar opra ta’ Mozart “The Magic Flute”, li tnediet xahrejn biss qabel mewtu.

Dan se jkun segwit mill-uniku kunċert ta’ Mozart bil-klarinett, li huwa l-aħħar xogħol verament strumentali tal-Kompożitur, bir-rwol fdat lill-Klarinista prinċipali tal-MPO Giuseppe Recchia.

Il-kunċert, immexxi mis-Surmast minn Vjenna, l-istess pajjiż ta’ Mozart, Michael Lessky, se jagħlaq bid-daqq tal-41 u l-aħħar sinfonija ta’ Mozart, is-Sinfonija ta’ Jupiter. Din hija l-itwal sinfonija ta’ Mozart, parti minn sett ta’ tlieta li kkompona wara xulxin fl-iqsar żmien. Minkejja li hija waħda fost l-iżjed sinfoniji li jintgħoġbu, mhemm ebda evidenza li din qatt indaqqet matul ħajjet Mozart: tista’ tkun sorpriża għall-qarrejja tal-lum li kunċert ippjanat seta’ tħassar minħabba nuqqas ta’ interess.

Dan il-kunċert għandu l-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.