Il-mużika hija biss wieħed mit-tliet ingredjenti importanti li jagħtu kontribut fl-impatt u fit-tifkira li tħalli din il-prestazzjoni. It-tnejn l-oħra huma d-dokumentarju li jirrakkonta l-vjaġġi ta’ Claron McFadden li nisslu l-idea ta’ dan il-proġett, u l-ikel – iżda mhux biss ikel. L-istilla ikonika tal-ispettaklu hija l-brunġiela: fil-lejl tal-avveniment prinċipali dan il-proġett ser iħalli lill-udjenza ssir midħla ta’ tisjir rikk imsejjes fuq il-brunġiel filwaqt li tieħu gost issegwi stejjer ta’ vjaġġar, dokumentarju u mużika lajv b’influwenzi minn bosta kulturi.
Flimkien mal-produttriċi taċ-ċinema Lisa Tahon, McFadden issib it-traċċi tar-rotta tal-migrazzjoni tal-brunġiel b’lura – jiġifieri lura għall-għeruq tagħha fil-Lvant Imbiegħed – fejn tiskopri riċetti lokali tal-brunġiel u tinterpreta bosta kanzunetti tradizzjonali f’diversi djar ta’ familji.
Nightshade: Aubergine se tittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018 fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, b’ikel servut mill-Migrant Women Association Malta. Il-biljetti jiswew biss €5 u jistgħu jinxtraw minn hawn taħt.