Se tibda Festa ta’ Kultura – Programm Kulturali varjat li jwiegħed li jipprovdi xi ħaġa għal kulħadd. Ejja skopri l-programm ta’ Valletta 2018 fiż-żona rilassanti chill out fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Notte Bianca, b’popcorn B’XEJN u spettaklu tad-dawl interattiv li żgur se tkun ta’ divertiment. Lesti ruħek, il-Festa waslet!
Għal lejl wieħed speċjali f’Ottubru, Notte Bianca ddawwal il-Belt Valletta b’ċelebrazzjoni spettakolari li huwa miftuħ għall-pubbliku b’xejn.
Persuni li jattendu l-festival jistgħu jistennew li jesperjenzaw l-aqwa għażla ta’ mużika, żfin, teatru, arti viżiva, attivitajiet letterarji, kif ukoll ħarsa lejn id-dinja ta’ arti ġdida u diġitali. Matul Notte Bianca, it-toroq u l-ispazji pubbliċi tal-Belt Valletta qed jintużaw b’modi innovattivi u kreattivi grazzi għal taħlita ta’ proġetti li jiċċaqilqu u proġetti speċifiċi tas-sit.
Palazzi statali u mużewijiet jiftħu l-bibien tagħhom lill-pubbliku b’wirjiet tal-arti viżiva u prestazzjonijiet teatrali. Toroq u pjazez huma trasformati f’postijiet għal kunċerti u teatrini fil-miftuħ, filwaqt li bosta kafetteriji u ristoranti jestendu s-sigħat tagħhom. Iddur fejn iddur, tista’ tkun ċert li se ssib xi sorpriża jew oħra mill-festival.
Il-Belt Valletta kollha, minn Bieb il-Belt sal-Forti Sant’Iermu, tieħu l-ħajja f’Notte Bianca, b’garanzija ta’ serata memorabbli li żgur se jkun fiha xi ħaġa għal kulħadd.
Notte Bianca qed titwassal lilkom mill-Kunsill Malti għall-Arti, bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018, il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta u tal-Furjana, TVM u MSV Life.