Nhar it-18 ta’ Mejju fit-8pm se tiġi organizzata serata ta’ qari b’rabta mal-proġett Poeżija fil-Ħamrija ġewwa l-Qrendi.
Waqt is-serata se jinqraw il-poeżiji li nkitbu għall-proġett mill-poeti nfushom, u l-pubbliku ġenerali se jkun mistieden jiġi jaqra x-xogħol tiegħu. Jiġi servut xi ikel u xorb. Dakinhar ikun hawn ukoll Froukje De Jong minn Leeuwarden, il-moħħ wara l-proġett.
Poeżija fil-Ħamrija hija kollaborazzjoni tal-Valletta 2018 flimkien ma’ Potatoes Go Wild, Inizjamed, Appoġġ, u ċertament, Leeuwarden 2018.