Il-Proġett ta’ San Ġorg Preca, proġett ibbażat fl-iskejjel u magħmul apposta għall-post fejn se jsir, inbeda minn Teatru Malta u Image Aiguë f’kollaborazzjoni ma’ Valletta 2018, l-Ambaxxata ta’ Franza u ŻiguŻajg li jirrikjedi s-sehem tal-istudenti tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-grawnds tal-iskola, fejn workshops tal-arti drammatika mfasslin apposta għandhom jistimolaw il-kreattività, il-konversazzjoni u l-interess tal-istudenti biex dawn jintegraw mal-bqija tal-klassi tagħhom permezz ta’ mezzi innovattivi.
Dan kollu se jsir permezz ta’ pastiches maħsubin tajjeb ta’ mużika, test u stampi, li kollha ġew ittestjati diġà mill-grupp teatrali Franċiż magħruf Image Aiguë, li mexxa dan it-tip ta’ workshops f’diversi skejjel madwar id-dinja b’suċċess kbir. L-inizjattiva se tisfida lill-istudenti jaħsbu b’mod differenti minn dak li mdorrijin bih u jaqsmu, jistaqsu, jiżviluppaw u fl-aħħar mill-aħħar joħolqu xi ħaġa li kollha kemm aħna, b’mod sħiħ bħala komunità, nistgħu nsibu valuri u tifsiriet ġodda għaliha.
Il-Proġett Preca se jittella’ fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, il-Ħamrun, bejn it-12 u l-25 ta’ Novembru 2018.