Organizzatur: European Graduate School bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Valletta 2018
Post: Biblioteka Nazzjonali ta’ Malta
Ħinijiet: 20:30 – 22:00
Irreġistra hawn.
Programm:
Idħol fid-dinja tal-kunċetti u l-ideat permezz ta’ riflessjonijiet, esperjenzi u riċerka mmexxija minn uħud mill-aktar ħassieba rispettati tal-ġenerazzjoni tagħna. Il-European Graduate School qed torganizza programm ta’ lekċers pubbliċi fil-Biblioteka Nazzjonali, parti mill-Programm ta’ Valletta 2018, Kapitali Ewropea tal-Kultura.
L-‘Ordni tal-Għarfien’ qed tiġi offruta mid-Diviżjoni tal-Filosofija, l-Arti u l-Ħsieb Kritiku tal-iskola, u twiegħed li twassal l-aħħar riflessjonijiet minn filosofi ewlenin, teoristi kritiċi, artisti u prattikanti li jaħdmu fl-oqsma tal-filosofija, l-edukazzjoni għolja, l-arti, il-midja, jew setturi kulturali oħrajn lill-pubbliku interessat.
Skeda ta’ Lekċers Filgħaxija f’Ottubru
Il-Ħadd, 7 t’Ottubru, 2018 — Fred Moten (permezz ta’ konferenza bil-vidjow)
It-Tnejn, 8 t’Ottubru, 2018 — Manthia Diawara: Edouard Glissant: The World Seen from the Eye of the Archipelago
It-Tlieta, 9 t’Ottubru, 2018 — Caveh Zahedi: Honesty as a Subversive Act
Il-Ħamis, 11 t’Ottubru, 2018 — Claire Denis u Jean-Luc Nancy: Filmic thought
Il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru, 2018 — Judith Butler: Gender in Translation: Beyond Monolingualism
It-Tnejn, 15 t’Ottubru, 2018 — Lev Manovich: Artificial Intelligence and Future of Culture
It-Tlieta, 16 t’Ottubru, 2018 — Chaker Khazaal: Arts and Refugees
Il-Ġimgħa, 19 t’Ottubru, 2018 — Achille Mbembe: The Idea of a World Without Borders
Is-Sibt, 20 t’Ottubru, 2018 — Sarah Nuttall: Early Century Oceanic Narratives: Cyclone, Sea, Island
It-Tlieta, 23 t’Ottubru, 2018 — Robert Brewer Young: Euclid in Valletta
L-Erbgħa, 24 t’Ottubru, 2018 — Elie During: Philosophy in zero-G
Is-Sibt, 27 t’Ottubru, 2018 — Thomas Keenan: How to Make a Refugee
Il-Ħadd, 28 t’Ottubru, 2018 — Avital Ronell: Abandonment
Ir-Reġistrazzjoni tagħlaq fl-aħħar ġurnata ta’ xogħol qabel id-data ta’ lekċer pubblika.
Biex tirreġistra l-attendenza tiegħek, imla din il-formola.
Id-data kollha miġbura mill-formola se tiġi proċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) 2016/679 (EU) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (440). Data miġbura se tintuża għal dan li ġej:
– Biex tinforma l-parteċipanti dwar xi tibdil fid-dati, ħinijiet jew post għal-lekċer li jkunu rreġistraw għaliha;
– Għal skopijiet amministrattivi, biex ikun żgurat li jinżamm post għall-parteċipant reġistrat;
– Biex jiġi mifhum il-profil tal-udjenzi interessati jattendu dawn l-attivitajiet;
– Il-filmati se jintużaw għal skopijiet ta’ arkivju u riċerka. Il-filmati se jiġu maħżuna mill-European Graduate School (EGS), mill-Biblioteka Nazzjonali u jintwerew fuq YouTube.
Data miġbura minn din il-formola se titħassar sa nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu 2019. Data fil-forma ta’ filmati se tiġi maħżuna għal perjodu indefinit. Il-parteċipanti se jiġu mistoqsija jiffirmaw Formola ta’ kunsens matul il-lekċers għal skopijiet taż-żamma tad-data.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, ibgħat email fuq [email protected] u nikkuntattjawk mill-aktar fis possibbli.