Teatru Manoel qed jistieden kantanti żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena biex jagħmlu l-provi għall-produzzjoni tal-opera taż-żgħażagħ li jmiss li hija kollaborazzjoni bejn it-Teatru Manoel u l-Fondazzjoni Valletta 2018.

 “Patience” ta’ Gilbert and Sullivan

Din se tkun produzzjoni ta’ gost, bombastika u inkredibbli tal-opera komika ta’ Gilbert and Sullivan li tirredikola l-aristokrazija u l-estetika. Diretta minn Brock Roberts u kondotta minn Philip Walsh.

Prestazzjonijiet: Tmiem il-ġimgħa tad-29 ta’ Settembru 2017 fit-Teatru tas-Sależjani, Tas-Sliema
Provi18 ta’ Ġunju 2017

Għal aktar informazzjoni u għal pakkett tal-provi ibgħat email fuq: [email protected]