Tixtieq tittestja l-għarfien tiegħek tal-kultura u l-arti bi preparazzjoni għal Valletta 2018? Fil-Jum Dinji tar-Refuġjati, Kopin jistiednek għal Pub Quiz fil-Belt Valletta, fejn timijiet ta’ 4 jew 5 persuni se jipparteċipaw f’erba’ settijiet ta’ mistoqsijiet. Il-kwiżż se jittratta Kapitali tal-Kultura, il-Belt Valletta, il-Migrazzjoni u l-Film (minħabba li l-Valletta Film Festival se jkun qed iseħħ ukoll).
Kull grupp se jkollu 15-il minuta biex ilesti sett mistoqsijiet, u b’kollox se jdum sagħtejn meta tinkludi l-waqfiet u l-introduzzjonijiet. Il-parteċipanti se jingħataw ukoll introduzzjoni għall-attivitajiet tal-NGO lokali Kopin, li kienet involuta fi proġetti kulturali fil-passat, u l-mistoqsijiet se jiffokaw fuq l-isfida ta’ kunċetti żbaljati u t-twessigħ tal-orizzonti kulturali.
Ejja ingħaqad magħna flimkien mal-ħbieb tiegħek fi Bridge Bar, l-Belt Valletta nhar it-Tlieta, 20 ta’ Ġunju 2017, fis-7pm. Ir-rebbieħa se jirbħu wkoll xi premjijiet!
Din l-attività hija appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.