Kun parti minn esperjenza unika!
Skopri kif tista’ taħdem ma’ artisti lokali u internazzjonali biex tespandi l-kreattività u t-talenti tiegħek billi tieħu sehem f’wieħed mill-akbar proġetti parteċipatorji ta’ Valletta 2018, Orfeo and Majnun.
Valletta 2018 tixtieq tistieden artisti, NGOs, assoċjazzjonijiet kulturali, mużiċisti, korijiet, qarrejja tal-istejjer u ċittadini biex jattendu sessjonita’ informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jieħu parti f’dan il-proġett interdixxiplinari parteċipattiv tal-mużika-teatru.
Orfeo and Majnun jgħaqqad żewġ miti minn kulturi differenti, il-leġġenda Griega ta’ Orfeo u Eurydice u l-leġġenda tal-Lvant Nofsani ta’ Leyla u Majnun. Teatru ta’ emozzjonijiet dwar l-imħabba, it-telf u x-xewqa u s-saħħa tal-mużika, Orfeo and Majnun se tkun produzzjoni affaxxinanti mżewqa li tinkludi teatru tal-pupazzi tad-dellijiet, biex dawn ir-rakkonti jiġu mwassla b’mod differenti.
Wara s-sessjonijiet ta’ informazzjoni, se jiġu organizzati workshops, li fihom studenti, korijiet, mużiċisti, artisti u persuni minn aspetti tal-ħajja differenti, jistgħu jikkollaboraw u joħolqu flimkien. Taħt il-gwida tat-tim artistiku, il-parteċipanti se jagħżlu l-oqsma artistiċi li jixtiequ jaħdmu fihom u, bl-appoġġ ta’ artisti lokali u internazzjonali, jiżviluppaw l-interpretazzjonijiet tagħhom tat-temi tal-imħabba u x-xewqa. Ir-riżultati ta’ dan se jinkludu l-ħolqien ta’ xeni teatrali, żifniet, diski, tpenġijiet, pupazzi tad-dellijiet u films, fost l-oħrajn, li se jiġu ppreżentati flimkien bħala l-ewwel parti tal-workshops Orfeo and Majnun. Il-workshops se jitwasslu minn professjonisti internazzjonali bħal Airan Berg (Teatru), Martina Winkel (Teatru, Kitba u Pupazzi tad-Dellijiet) u Daan Milius (Produzzjoni ta’ Films u Vidjos).
Skopri kif tista’ tikkontribwixxi billi tattendi waħda mis-sessjonijiet ta’ informazzjoni elenkati hawn taħt. Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni se jkunu mogħtija bl-Ingliż. Min hu interessat li jattendi għandu jibgħat email fuq [email protected] sal-Ħamis 22 ta’ Ġunju, u fiha jsemmu liem sessjoni ta’ informazzjoni jixtiequ jattendu.
Sessjonijiet ta’ Informazzjoni:
28.06.17 – 18:00-19:00 – Juventutis Domus, Triq San Girgor, Żejtun.
29.06.17 – 10:00 – 11:00 – Ħamrun Scouts, Old Railway Station, Railway Avenue, Ħamrun
30.06.17 – 10:00 – 11:00 – Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Wied il-Għasel, Mosta
30.06.17 – 18:00 – 19:00 – Birkirkara Local Council Hall, Civic Centre, 2nd Floor, Tumas Fenech Street, Birkirkara
01.07.17 – 10:00 – 11:00 – Palazzo de La Salle, 219, Republic Street, Valletta
01.07.17 – 18:00 – 19:00 – Gozo Visual and Performing Arts School, Soil Street, Xewkija, Gozo