Jekk taħdem f’Malta, iżda ma twelidtx hawn, u għandek interess li ttejjeb l-għarfien u l-esperjenza diġitali tiegħek, titlifx il-workshop ta’ Rima li ġej!
Dan il-workshop se jittella’ minn Francesca Vitalini, ġurnalista Taljana, u Dagmawi Yimer, direttur tal-films Etjopjan, li se jeżaminaw elementi li huma meħtieġa biex tinħoloq storja u kif tittella’ fuq il-midja soċjali. Il-parteċipanti l-ewwel se jkollhom l-opportunità li jiskambjaw ideat dwar kunċetti tal-istejjer fuq it-temi tal-migrazzjoni, l-eżilju, oġġetti tal-memorja u oġġetti ta’/fl-ispostamenti, imbagħad joħolqu testi qosra, stampi u vidjows bil-mowbajls tagħhom, u finalment jaqsmuhom bħala metodu ta’ awtonarrattiva permezz tal-pjattaformi tal-midja soċjali ġodda.
Il-workshop se jippermetti lill-parteċipanti biex jesprimu lilhom infushom bl-użu tat-tekniki tar-rakkont tal-istejjer, u dan se jagħtihom l-opportunità li jiksbu l-ħiliet rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-midja soċjali u tal-produzzjoni tar-ritratti u tal-vidjows. Billi ssir enfasi fuq il-kreattività u l-ħsieb kritika, il-parteċipanti jikkollaboraw flimkien sabiex jidentifikaw stejjer u tekniki tal-prestazzjoni li jwasslu bl-aktar mod b’saħħtu l-esperjenza tal-komunikazzjoni fis-seklu 21.
Miftuħ għal individwi li esperjenzaw l-eżilju u l-migrazzjoni fil-passat, parteċipanti tar-Rima Project se jintgħażlu għad-diskrezzjoni tat-tim ta’ Rima, bin-numru ta’ parteċipanti limitat għal 6 biss.
Bijografiji
Francesca Vitalini hija ġurnalista u aġenta għall-istampa Taljana, li tispeċjalizza f’temi soċjali u kulturali. Għandha grad tal-Masters fl-“Antropoloġija Kulturali” (Università ta’ Ruma “La Sapienza”) u t-tieni grad tal-Masters fl-“Organizzazzjoni tal-Uffiċċju tal-Istampa” (Istituto Montecelio – Ente della comunicazione della Regione Lazio). Sa mill-2008 ġiet formalment reġistrata bħala ġurnalista. Francesca kisbet esperjenza wiesa’ fil-qasam tal-koordinazzjoni editorjali, kitba ta’ artikli għal servizzi ta’ stampa, web u televiżjoni, u fl-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ uffiċċji tal-istampa. Bħalissa taħdem bħala Maniġer tal-Uffiċċju tal-Istampa għall-organizzazzjoni Sunshine4Palestine.
Dagmawi Yimer wasal l-Italja fit-30 ta Ġunju 2006, fejn kiseb l-istatus ta’ “protezzjoni umanitarja”. Fl-2007 attenda kors dwar il-vidjow parteċipatorju, li temm bil-produzzjoni tad-dokumentarju Il deserto e il mare (2007). Fl-2008, flimkien ma’ Andrea Segre u Riccardo Biadene, għamel il-film dokumentarju Come un uomo sulla terra u fl-2010 id-dokumentarju C.a.r.a. Italia. Huwa għamel numru ta’ films qosra (Sagome, Lo scarabocchio, L’albero, Equilibiro) għall-proġett Archivio delle memorie migranti, li ġie promoss mill-Assoċjazzjoni Asinitas. L-aħħar films tiegħu huma Soltanto il mare u Va’ pensiero.
Il-workshop se jsir fi Studjow B, Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta.
Dati:
Il-Ħamis 12 ta’ Ottubru 2017, 5:00pm – 7:00pm
Il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru 2017, 5:00pm – 7:00pm
Is-Sibt 14 ta’ Ottubru 2017, 2:00pm – 5:00pm
Il-ħlas għall-parteċipazzjoni huwa €15. Il-workshop huwa b’xejn għal min hu student u/jew min hu qiegħed. Id-data ta’ skadenza għall-applikazzjoni huwa t-30 ta’ Settembru 2017.
Jekk tixtieq tipparteċipa fil-workshop, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq [email protected] jew imla l-formola hawn biex tirriżerva post proviżorjament.