Marie Keiser-Nielsen u Fran Zammit jeħtieġu disinjatur tal-kostumi għall-koreografija l-ġdida tagħhom Cock and a Feather. Huma se jkunu kompletament responsabbli biex ilibbsu 4 żeffiena mid-disinn mal-koreografi biex iwettqu l-viżjoni tagħhom, sax-xiri tal-materjal meħtieġ, il-provi, sal-ħolqien u t-twassil tal-kostumi lesti għal fuq il-palk skont il-bżonnijiet tal-koreografi u skont id-direzzjoni tagħhom fil-ħin maqbul magħhom. Il-kostumi jridu jkunu lesti sal-25 ta’ Ġunju, 2018.
Kull min hu interessat jista’ jibgħat email direttament lil Francesca Zammit fuq [email protected] għal aktar dettalji dwar il-kunċett tal-koreografija u dwar x’kostumi huma meħtieġa. Kull min hu interessat ikollu bżonn jibgħat CV u portfolio. Il-portfolio għandu jinkludi l-kostumi lesti disinjati u prodotti mill-applikant u t-tim tal-produzzjoni tal-kostumi tiegħu.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu: sat-Tnejn 16 ta’ April