Sejħa għal Membri tal-Kor biex jieħdu sehem fil-premiere dinji tal-opera Maltija ġdida ‘Aħna Refuġjati’ li se ssir fil-31 ta’ Awwissu u fit-2, l-4 u s-6 ta’ Settembru tal-2018 fuq il-Fosos tal-Furjana, bħala waħda mill-Attivitajiet Speċjali li se jiċċelebraw it-titolu tal-Belt Valletta bħala l-KEtK 2018.
Kompożizzjoni Mużikali oriġinali ta’ Mario Sammut
Kondotta minn Richard Merrill Brown
Qed infittxu biss 40 kantant/a – 10 sopran, 10 mezzo/alto, 10 tenur, 10 baritonu/baxx biex jieħdu sehem f’din l-ensemble eċċitanti.
Se jkun hemm kant estensiv tal-kor matul l-opera. Esperjenza fuq il-palk/teatrali hija kkunsidrata vantaġġ. Se tingħata rimunerazzjoni.
Miftuħa għal kantanti li jgħixu f’Malta biss.
Stili kemm tal-opera u kif ukoll klassiċi-crossover se jiġu aċċettati f’termini ta’ taħriġ vokali u esperjenza.
Data tal-Provi – Il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2017
Data tal-Għeluq tal-applikazzjonijiet – Il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2017
Se jiġu aċċettati applikazzjonijiet permezz tal-vidjo għal dawk li ma jistgħux jattendu, għalkemm prova lajv hija preferibbli.
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-vidjo – L-Erbgħa 26 ta’ Lulju 2017
Biex tapplika jew għal aktar informazzjoni dwar l-opera, il-produzzjoni u r-rekwiżiti għall-provi, jekk jogħġbok ibgħat email fuq: [email protected]