Tixtieq inti, bħala stabbiliment, tagħmel parti minn netwerk ġdid sostenibbli li jikkontribwixxi għal bidla pożittiva?

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 bil-kollaborazzjoni ta’ Global Green Events, qed jagħmlu sejħa biex jiġi żviluppat netwerk ġdid ta’ stabbilimenti tal-ikel u x-xorb sostenibbli fil-Belt Valletta u ż-żona tal-madwar. L-għan huwa li tinbeda promozzjoni ta’ kultura ġdida ta’ operaturi li qed jaddottaw prattiki responsabbli, sorsi konxji, u li permezz ta’ impenji progressivi għall-bidla jikkontribwixxu għal legat sostenibbli fit-tul.

Il-Fondazzjoni se tkun qed tippromwovi d-database sostenibbli matul is-sena, u se taħdem ma’ partijiet interessati influwenti oħrajn biex tiżgura li jiġu rikonoxxuti u appoġġjati kwalunkwe bidliet pożittivi fi ħdan l-industrija lil hinn mill-2018.

Kull stabbiliment se jirċievi:

  • Elenku fil-paġna tal-media Sustainable Eats and Treats u pjattaformi oħrajn

  • Vidjow promozzjonali li jenfasizza l-istabbiliment tan-netwerk il-ġdid

  • Promozzjoni permezz tal-partijiet interessati

  • Valutazzjoni b’xejn ta’ sagħtejn mill-Konsulenta tas-Sostenibbiltà Gayle Murphy

  • Rapport ta’ segwitu b’oqsma ewlenin u strateġiji biex timxi ‘l quddiem

  • Ċertifikazzjoni bbażata fuq il-livell ta’ kisba appoġġjata minn Valletta 2018, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u Global Green Events, li tista’ tintwera fl-istabbiliment

Il-kriterji biex wieħed jipparteċipa f’dan in-netwerk rikonoxxut joffri struttura fuq tliet livelli ta’ rikonoxximent. Il-livell rikonoxxut huwa:

 Bronż
  1. separazzjoni tal-iskart/riċiklar inhouse

  2. l-ebda prodotti li jintremew tal-plastik/ġablow (inklużi straws u basktijiet tal-plastik ta’ użu wieħed ). prodotti li jintremew li huma kompostabbli jew bijodegradabbli biss

  3. axtrejs u laned tar-riċiklaġġ ipprovduti f’żoni ta’ barra

Fidda

Minbarra l-politiki tal-bronż:

  1. joffru mili tal-ilma minn distributuri in-house

  2. joffru inizjattivi ‘ġib il-kontenitur tiegħek;

  3. jimplimentaw minimu ta’ 3 inizjattivi għat-tnaqqis tal-ippakkjar

Deheb

Minbarra l-politiki bronż u tal-fidda:

  1. Jużaw prodotti tat-tindif bijodegradabbli

  2. Joffru kafè/te tal-kummerċ ġust u organiċi

  3. Jippromwovu u jedukaw dwar għażliet tal-ikel konxji dwar l-ambjent

Kwalunkwe stabbilimenti interessati li jipparteċipaw f’dan in-netwerk eċċitanti ġdid, għandhom jibgħatu email lil [email protected] għal aktar informazzjoni. Din is-sejħa tibqa’ miftuħa, u stedina li l-Fondazzjoni u Global Green Events, bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, se tiġi estiża matul is-sena li ġejja. Applikanti ċertifikati se jibqgħu parti mill-iskema nazzjonali lil hinn mill-2018.

Ninsabu ħerqana li nisimgħu mingħandek!