Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed issejjaħ lill-Beltin u persuni b’rabta mill-qrib mal-Belt biex ikunu parti mill-avveniment tal-Ftuħ Uffiċjali ta’ Valletta 2018 fl-20 ta’ Jannar 2018, li mistenni jkun spettaklu meraviljuż.

Nixtiequ madwar 100 persuna biex jagħmlu xogħol ta’ Stewards matul is-serata u jgħinu lill-Fondazzjoni fejn jidħlu udjenzi u spettaturi matul l-ispettakli varji li se jkollna mqassmin madwar il-Belt Valletta.  Hawn taħt għandek issib deskrizzjoni qasira ta’ x’jinvolvi dan ix-xogħol:

  • L-istewards se jkunu mqassma madwar il-Belt b’forma ta’ identifikazzjoni li se tingħata lill-individwi mill-Fondazzjoni, u jkunu sors ta’ informazzjoni għan-nies fl-udjenza li jkollhom bżonn xi għajnuna jew li jkollhom xi mistoqsijiet. Dan ikun jinvolvi li wieħed jagħti direzzjonijiet, informazzjoni dwar l-ispettakli varji, kif ukoll għajnuna fil-kontroll tan-nies fejn jidħlu folol.  Huwa importanti li dawn in-nies ikollhom attitudni pożittiva u enerġija tajba u jippruvaw ixerrduha man-nies preżenti.  L-istewards ser ikollhom ukoll fuljetti b’informazzjoni biex jitqassmu man-nies preżenti fil-Belt.
  • Min japplika jrid ikun jaf jitkellem kemm Malti kif ukoll Ingliż u jkollu ’l fuq minn 18–il sena.
  • L-istewards iridu jirrapurtaw direttament għand il-leaders tagħhom li se jkunu magħżula mill-Fondazzjoni.
  • Huwa importanti li l-istewards iridu jkunu preżenti għal dawn id-dati kollha:

16 ta’ Jannar 2018, 7pm – Laqgħa ta’ Orjentazzjoni, Fortress Builders, il-Belt Valletta.

19 ta’ Jannar 2018, bejn 6pm u 12am – dan se jiġi kkonfermat qabel

20 ta’ Jannar 2018, bejn 6pm u 11pm

  • Ħlas: se tingħata miżata onorarja ta’ 90 euro kull Steward.

 

KIF TAPPLIKA:

  1. Idħol hawnhekk u imla d-dettalji tiegħek fil-formola onlajn.
  2. F’każ li m’għandekx aċċess għall-internet, itlob formola lill-membri tal-Fondazzjoni minn hawn: Valletta 2018 Foundation, Exchange Buildings, Republic Street, il-Belt Valletta, u impustaha f’dan l-indirizz: 51/4, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.

 

Data tal-għeluq tal-applikazzjoni: 30 ta’ Novembru 2017, nofsinhar

 

Il-Fondazzjoni ser tagħmel għażla u kull min jiġi magħżul se jirċievi email jew telefonata b’iktar dettalji.  Jekk għandek xi mistoqsijiet tista’ tikkuntattjana fuq [email protected]

XERRDU L-KELMA!       Grazzi.