Titlu: In-House Videographer / Editor

Iwieġeb lil: Audiovisual Officer, Communications Coordinator, Communications Consultant, Executive Director

 

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tfittex is-servizzi ta’ In-House Videographer / Editor biex jingħaqad mal-Communications Team ħalli jgħin fil-produzzjonijiet awdjoviżivi.

L-In-House Videographer / Editor ikun jaħdem fuq bażi ta’ Contract for Service sal-aħħar ta’ Mejju.

 Dmirijiet prinċipali

ž Il-videographer irid ikun kapaċi joħloq storyboards tiegħu min-narrattiva mogħtija mill-Communications Team.

ž Huwa mistenni li l-videographer jagħmel ir-riċerka u jipprepara minn qabel għal shoot biex ikun jista’ jikseb l-aqwa filming angles u camera placement biex dakinhar li jsir l-iffilmjar, dan isir bl-aħjar mod possibbli.

ž Il-videographer irid ikollu għażla estensiva ta’ apparat tekniku tiegħu, inkluż kameras, lentijiet differenti, apparat tad-dwal, software speċjalizzat u apparat tal-external audio recording għall-intervisti, kif ukoll ikollu l-laptop tiegħu li fuqu jista’ jaħdem.

ž Il-videographer irid ikun kapaċi jidderieġi multi-camera shooting fuq il-post waqt l-avveniment jekk ikun hemm bżonn, u jkun kapaċi jaħdem fi nħawi differenti u f’ċirkostanzi differenti biex jikseb l-aħjar immaġni.

ž Il-videographer irid ikun kapaċi jiġġenera u jdaħħal on-screen text u grafika wara li titlesta l-produzzjoni, b’mod speċjali test narrattiv u sottotitli.

ž Il-videographer irid ikollu l-apparat tal-editjar u s-software tiegħu.

ž L-editjar irid isir b’mod diġitali, u dan jinkludi t-tlestija tal-video f’formati differenti għal għadd ta’ internet users – Facebook 720p, YouTube 1080p, Twitter 1080p – u wkoll joħloq sneak peaks iqsar qabel it-tnedija tal-video meta jkun hemm bżonn fuq Instagram 640px b’640px jew 1080px b’1080px.

ž It-tul standard għall-videos mill-Fondazzjoni huwa ta’ minuta u 30 sekonda b’footage iqsar għal ‘sneak peek’ jew ‘behind the scenes’. Dan jgħodd sakemm ma jkunx speċifikat jew mitlub mod ieħor skont xi jkun il-proġett.

ž Trid tinżamm kopja tar-RAW footage minħabba li tista’ tintalab mill-Fondazzjoni.

ž Il-videographer irid ikun kapaċi jarma u jqiegħed f’postu l-apparat tad-dawl u tal-awdjo għal xogħol fuq il-post.

ž Il-videographer irid ikun kapaċi jħaddem l-apparat li jieħu miegħu fuq il-post u jaħdem mal-Communications Team fl-ippjanar ta’ qabel il-produzzjoni u fil-produzzjoni.

ž Il-videographer irid ikollu għarfien tajjeb tal-prinċipji u l-prattiki użati fil-produzzjoni ta’ video, inkluż għarfien tajjeb tal-liġijiet u r-regolamenti tax-Xandir Ewropew, inkluż export quality, u R128 sound levelling.

ž Il-videographer irid ikun kapaċi jieħu l-inizjattiva, iservi ta’ riżorsa, ikollu tattika, jaħdem bil-galbu, ikun persuna ta’ integrità, jiddeċiedi sewwa, u l-kundizzjoni fiżika tiegħu tkun adattata għall-ħtiġiet ta’ din il-kariga.

ž Il-videographer irid ikun kapaċi jikkomunika b’mod effettiv kemm b’mod verbali, kif ukoll bil-kitba; irid ikun kapaċi jistabbilixxi u jżomm relazzjoni tajba fuq ix-xogħol mal-istaff u dawk li jkun qed jiffilmjahom/jintervistahom; irid ikun kapaċi jikkomunika l-ideat tagħhom b’mod konċiż u effettiv lis-suġġetti tal-iffilmjar u lil oħrajn fi ħdan il-Fondazzjoni.

ž Il-videographer ikun jeħtieġlu jimmaniġġa l-ipproċessar u l-użu tal-materjal iffilmjat, jiddiskuti diffikultajiet tekniċi, jiċċekkja l-kwalità u jaffaċċja b’mod effettiv it-tħassib tal-Fondazzjoni.

ž Hu mistenni li f’każ li ma jkunx jista’ jattendi għal xi avvenimenti, il-videographer jipprovdi videographer ieħor minfloku, li għandu jkun hemm qbil dwaru qabel l-avveniment.

 

Kompetenzi:

ž Irid ikun kapaċi jikkomunika u jikteb tajjeb bil-Malti u bl-Ingliż

ž Irid ikollu ħiliet komunikattivi eċċellenti, kemm verbali kif ukoll orali

ž Ħiliet eċċellenti fl-IT

ž Motivat u ta’ integrità

ž Viżjoni analitika u loġika biex isolvi l-problemi

ž Kapaċi jaħdem fuq l-inizjattiva tiegħu stess kif ukoll f’tim

ž Motivat u ambizzjuż

ž Irid ikun kapaċi jlesti x-xogħol sad-dati maqbula

ž Ikollu kondotta tal-pulizija nadifa

ž L-għarfien dwar l-editjar u l-audio software huwa meħtieġ

 

Kuntratt u salarju

Din il-kariga hija disponibbli fuq bażi ta’ Contract for Service (i.e. freelance bil-VAT) għal perjodu ta’ żmien definit. Min jintgħażel ikun mistenni minnu li jaħdem medja ta’ 40 siegħa kull ġimgħa mill-bini tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Ikun meħtieġ li l-persuna magħżula għal dan ir-rwol taħdem bejn it-08:30 u l-17:30 b’waqfa ta’ siegħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Il-pakkett tas-salarju għal din il-kariga huwa ta’ €5,084.75 (mingħajr VAT) għal perjodu ta’ 3 xhur, kemm għall-individwi kif ukoll għall-kumpaniji.

Min hu interessat japplika għandu jipprovdi l-materjal li ġej fuq [email protected]:

ž Dettalji fejn jista’ jiġi kkuntattjat

ž Show reel

ž Stqarrija li huwa persuna xierqa għal dan ix-xogħol u esperjenza rilevanti f’dan il-qasam

ž Stqarrija dwar l-impenji preżenti/disponibbiltà

 

Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu sal-5 ta’ Marzu 2018.