Pożizzjoni: Amministratur tal-Programm tal-Voluntiera (Programm tal-Voluntiera Tal-Kultura)
Perjodu tal-Kuntratt: Lul 2017 – Diċ 2018
Fl-2018, il-Belt Valletta se jkollha t-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Fil-mixja lejn din is-sena, SOS Malta u l-Fondazzjoni Valletta 2018 ħolqu programm tal-voluntiera nazzjonali biex jinvolvu liċ-ċittadini aktar bis-sħiħ biex jiġi żgurat li l-kalendarju tal-kultura tal-2018 ikun ta’ suċċess. Dan il-programm ifittex li jorganizza voluntiera biex jieħdu sehem fil-programm kulturali tal-Valletta 2018 permezz ta’ marka eċċitanti u divertenti. L-inizjattiva għandha tikkontribwixxi għal wirt dejjiemi għall-volontarjat f’Malta, u b’riżultat ta’ dan il-volontarjat isir aktar ċentrali għall-politika nazzjonali u l-ipprogrammar kulturali. L-2018 tinsab wara l-bieb, u għalhekk qed naġixxu b’rata mgħaġġla biex nidentifikaw Amministratur tal-Programm ta’ impenn, dinamiku u ta’ esperjenza biex jgħin lit-tim ta’ SOS Malta biex jiżguraw is-suċċess ta’ din l-iskema tal-volontarjat bil-marka ta’ Tal-Kultura.
L-Amministrattur tal-Programm se jkun qed jaħdem taħt il-gwida tal-Maniġer tal-Programm biex iwettaq il-kompiti li ġejjin:
Amministrazzjoni
- Attendenza ta’ kumitati u laqgħat kif meħtieġ mir-rwol;
- Teħid tal-minuti ta’ laqgħat imwettqa u kwalunkwe rappurtar wara;
- Assistenza fil-kitba ta’ offerti ta’ finanzjament u ta’ ġbir ta’ fondi għall-iżvilupp ta’ Tal-Kultura;
- Kitba ta’ rappurtar għal donaturi;
- Aġġornament u ġestjoni regolari tad-database tal-voluntiera;
- Assistenza fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti, attivitajiet jew inizjattivi għat-taħriġ u għall-attirazzjoni ta’ voluntiera ġodda, li jelevaw il-profil;
- Korrispondenza bl-email;
- Ġbir ta’ kwotazzjonijiet fejn meħtieġ;
- Konsultazzjoni ma’ dipartimenti oħra tal-Valletta 2018 kif ukoll entitajiet oħra rilevanti
Assistenza fil-Ġestjoni tal-Voluntiera
Assistenza lill-Maniġer tal-Programm bir-reklutaġġ, l-organizzazzjoni tat-taħriġ, il-monitoraġġ, l-appoġġ, il-motivazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-voluntiera u tax-xogħol tagħhom;
- Assisstenza fl-iskedar ta’ laqgħat, taħriġ u avvenimenti;
- Assistenza f’avvenimenti meta/jekk meħtieġ;
Assistenza fil-Komunikazzjoni u l-Media Soċjali
- Assistenza fil-media soċjali; kitba u aġġornament ta’ kontenut kif ukoll monitoraġġ
- Kitba tal-kontenut għan-newsletter
Esperjenza meħtieġa
Essenzjali
- Esperjenza ta’ ħidma fi ħdan is-settur tal-volontarjat
- Fehim u apprezzament tas-settur tal-arti u tal-kultura;
- Ħiliet tal-komunikazzjoni verbali u tal-kitba tajbin, inkluż il-kitba ta’ rapporti u xogħol relatat mal-media;
- Komunikazzjoni eċċellenti bl-Ingliż;
- Esperjenza ta’ amministrazzjoni ta’ proġetti inkluż esperjenza ta’ kitba ta’ rapporti u komunikazzjonijiet;
- Ħiliet tajbin fl-IT;
- Liċenzja tas-Sewqan.
Mixtieqa
- Grad ta’ Baċċellerat f’qasam rilevanti;
- Kapaċità ta’ komunikazzjoni bil-Malti;
- Esperjenza ta’ ħidma ma’ istituzzjonijiet kulturali jew l-arti;
- Ħidma fi ħdan strutturi tal-volontarjat;
- Esperjenza ta’ ġbir ta’ fondi;
- Għarfien ta’ lingwi Ewropej;
- Għarfien u esperjenza fil-komunikazzjoni u l-marketing.
Kuntratt u Salarju
- Din il-kariga hija fuq kuntratt ta’ terminu fiss ta’ sena u ħames xhur. Din hija kariga full time b’40 siegħa fil-ġimgħa mistennija. Madankollu, in-natura ta’ din il-kariga tista’ teħtieġ ħidma b’sigħat flessibbli (filgħaxijiet u weekends) speċjalment matul l-2018 kif meħtieġ minn avvenimenti u attivitajiet;
- Is-salarju offrut se jkun proporzjonat mal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuna impjegata.
- Din il-persuna se tkun reklutata u mmaniġġjata minn SOS Malta, u b’mod partikolari il-Maniġer tal-Programm ta’ Tal-Kultura, u se jifforma parti mit-tim ta’ SOS Malta. Din il-persuna mistennija li taħdem mill-qrib mat-tim tal-Valletta 2018.
- Dan il-programm qed jiġi organizzat u implimentat minn SOS Malta.
Appliazzjoni
- Jekk jogħġbok ibgħat ittra li turi kif inti tissodisfa l-ħtiġijiet tar-rwol flimkien mas-CV tiegħek lil JD Farrugia fuq talkultura@valletta2018.org jew bil-posta lil JD Farrugia, Valletta 2018, The Exchange Building, Republic Street, Valletta VLT1117.
- Data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet hija nhar l-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2017 f’nofsinhar.