Deskrizzjoni tal-Impjieg

Fl-2018 il-Belt Valleta ser tingħata titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-KEK ser jinkludi l-gżejjer Maltin kollha bil-għan li jifrex l-impatti tiegħu mat-territorju Malti kollu.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Programm Kulturali, li għandu jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ta’ Malta u tal-Ewropa u ser jagħmel – fuq medda twila ta’ snin – parti integrali u sostenibbli tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u kulturali tal-Belt Valletta. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tfittex is-servizzi professjonali ta’ Analist tad-Data biex jaħdem mill-qrib mat-Tim tar-Riċerkaturi tagħha bejn Settembru 2016 u Ġunju 2019, l-aħħar xahar inkluż.
L-Analist tad-Data ser ikun responsabbli minn dawn il-kompiti:

  • Il-koordinazzjoni u d-diskussjoni mal-Ġesturi tal-Proġetti responsabbli mill-proġetti u mill-avvenimenti dwar il-ġbir tal-informazzjoni;
  • Il-koordinazzjoni mat-tim Tal-Kultura fl-involviment u fit-trawwim tal-voluntieri fil-ġbir tad-data;
  • It-tħejjija, it-tqassim u l-koordinazzjoni tar-ritorn tal-formuli tar-rispons;
  • Iż-żjara tal-avveniment (skont il-ħtieġa) sabiex jissorvelja l-ġbir tad-data;
  • Iħejji analiżi fuq il-proġett/avveniment u jippreżenta s-sejbiet ewlenin permezz ta’ rapporti u preżentazzjonijiet;
  • L-għoti ta’ għajnuna lit-Tim tar-Riċerkaturi fit-tħejjija ta’ rapporti u preżentazzjonijiet rigward l-eżerċizzju tal-Għadd tal-Kotra;
  • L-attendenza ta’ kumitati u laqgħat kif jesiġi r-rwol speċifikat, mhux biss iżda b’mod partikulari, mill-Programm tal-Valutazzjoni u tas-Sorveljanza tar-Riċerka;
  • L-għoti ta’ għajnuna lit-Tim tar-Riċerkaturi f’aspetti oħra tal-proċess tal-Valutazzjoni u tas-Sorveljanza tar-riċerka u fi proġetti ta’ riċerka oħrajn;
  • It-tfassil ta’ rapporti oħrajn u t-tħejjija ta’ preżentazzjonijiet meħtieġa;
  • Jirrapporta jekk jintalab dan għand id-Direttur Eżekuttiv u / jew iċ-Ċerman tal-Fondazzjoni;

 

L-Analist tad-Data għandu jkollu dan il-livell ta’ kwalifiki u ta’ esperjenza

  • Ħiliet eċċellenti fil-komunikazzjoni verbali u miktuba;
  • Esperjenza fir-riċerka kwantitattiva, kemm fil-ġbir u kemm fil-metodi tiegħu;
  • Ħiliet informatiċi, inklużi l-programm Excel u softwers tal-istatistika;
  • Ħila fluwenti fil-komunikazzjoni bl-Ingliż u bil-Malti u idealment b’ilsien Ewropew ieħor;
  • Esperjenza professjonali f’ambjent statistiku u analitiku simili;
  • Tal-inqas edukazzjoni ekwivalenti għall-Livell 5 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;
  • Fehim u apprezzament tal-arti u tal-qasam artistiku;
  • Liċenzja tas-Sewqan u mezz ta’ trasport personali;

 

L-Analist tad-Data għandu jkollu dawn il-kwalitajiet

  • Ħiliet eċċellenti fl-organizzazzjoni;
  • Inizjattiva proprja fix-xogħol;
  • Disponibbiltà u rieda li jaħdem sigħat twal mingħajr superviżjoni diretta;
  • Disponibiltà li jaħdem filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħa;
  • Flessibbiltà fid-disponibiltà professjonali f’każ ta’ preavviż fi żmien qasir;
  • Ħila li jaħdem taħt pressjoni.

 

Kuntratt 

Din il-kariga tikkonsisti f’kuntratt ta’ kuntratt ta’ servizz fuq bażi definita.

Il-kandidat magħżul mistenni jaħdem kif ġej:

  • Medja ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa bejn Settembru u Diċembru 2016
  • Medja ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa matul l-2017
  • Medja ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa matul l-2018
  • Medja ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa bejn Jannar u Ġunju 201. (Għad trid tiġi kkonfermata fl-2018).

 

Applikazzjonijiet

Dawk interessati japplikaw għandhom jibagħtu ittra ta’ applikazzjoni flimkien ma’ Curriculum Vitae fuq [email protected] bis-suġġett ‘Data Analyst Post’ sa mhux iżjed tard mit-tnejn 5 ta’ Settembru, f’nofsinhar, (UTC +01:00)